FRENC TA' L-GHARB
(1892-1967)
IL-BIDWI LI STHAJLUH TABIB
(XI taghrif huwa mehud mill-kitba ta' Patri Alexander
Bonnici)
AHBARIJIET GODDA - AQRA AKTAR L-ISFEL
UPDATED ON 22th February 2004
MINN CARMEL AGIUS
PROMOTUR

F'Awissu ta' din is-sena mort ghall-gimgha mistrieh f'Ghawdex u sakemm kont hemm attendejt ghand wahda mill-membri ta' l-ghaqda taghna 'Garabandal'. Din jisimha Victoria Formosa fejn staqsejta jekk kienx possibli li tiehu lili u l-familja tieghi id-dar fejn kien jghix Frenc ta' l-Gharb biex nigbor aktar taghrif. F'din iz-zjara tieghi li nista nghid li kienet l-ewwel darba fid-dar ta' Frenc, Victoria Formosa haditna ghand mara mill-Gharb li kienet habiba ta' Frenc u l-familja tieghu. Din jisimha Sunta Apap li toqghod ftit bibien il-boghod mid-dar fejn kien jghix Frenc. Sunta Apap laqet mal-ewwel it-talba taghna biex tehodna id-dar ta' Frenc, fejn hemmhekk jiena kelli l-opportunita li ghall-ewwel darba nara b'ghajnejha dak kollu li dan il-'Qaddis Ghawdxi' halla xita ta' Grazzji mhux biss meta hu kien haj imma il-grazzji kbar li certu nies ghadhom jaqilghu bl-intercessjoni tieghu SALLUM. Irnexxieli nigbed hafna ritratti wkoll kif ukoll filmat f'din iz-zjara. Kellna x-xorti ukoll naqbad il-beritta u s-sandli b'idejja li kien jilbes Frenc. Ta' dan nixtieq nirringrazzja lill-Sunta u lill-Victoria tal-pacenzja li hadu bina biex dak li jiena dejjem hlomt bih isir realta.
Iddecidejt li niftah site fil-website taghna sabiex inxerred id-devozzjoni lejn nies twajba Maltin specjalment dwar ukoll Frenc. Hawnhekk ser isibu hafna ritratti flimkien ma taghrif li jiena ili zmien newden fuqu u ta' min wiehed jixtarr dak kollu li ser taqraw aktar l-isfel. Ghaldaqstant l-iskop ukoll ta' dan it-taghrif li qieghed nghaddilkom huwa biex tkompli tinxtered id-devozzjoni lejn dan il-bniedem tassew twajjeb li halla hafna ezempji warajh li jkaxxkru. Nittamaw li forsi aktar il-quddiem l-awtoritajiet tal-Knisja jifthu il-kawza ghall-Bjetifikazzjoni ta' Frenc.
Nota : Fid-29 ta' Awissu 2003, fi Triq Frenc ta' l-Gharb, Gharb, fit-8.00 p.m. ser issir l-Inawgurazzjoni tal-Monument f'Gieh Frenc ta' l-Gharb.



1 SuntaApap . 2. Carmel Agius bil-beritta ta' Frenc 3. Is-Sandli ta' Frenc



1. Xita ta' Grazzji 2. Is-sodda fejn kien jorqod Frenc, qabel ma miet 3. Il-hxejjex li kien juza biex ifejjaq!
AKTAR TAGHRIF DWAR IL-HAJJA TA' FRENC
Ghall-hafna snin, ir-rahal ckejken ta' l-Gharb, Ghawdex, kien ikaxkar hafna nies lejh u dan minhabba biex jitkellmu ma' bniedem tassew semplici, ma bidwi li l-ghexien u l-hobza tieghu kienu biss mill-ghelieqi. Dan il-bniedem hu Frenc ta' l-Gharb li ismu hu marbut ukoll ma' l-istess rahal. Frenc gej minn familja fqira u ma kellux ix-xorti li jitghallem l-iskola, izda minkejja dan hu kellu hafna gherf u kliemu kien ta' gid kbir ghall-hafna nies.
Hu twieled l-Gharb fit-3 ta' Dicembru fl-1892 minn Salvu u Beneditta Mercieca. Hu kien it-tmien wiehed minn familja ta' hdax. Frenc kien devot kbir tal-Madonna u kien jitkellem dejjem fuq imhabbitha lejna l-bnedmin, u jonqox isimha fil-qalb ta' dawk li jfittxuh. Hu kien iqiem lill-Madonna taht it-titlu tal-Madonna ta' Pinu, ghar-rabta specjali li hu kellu lejn is-Santwarju taghha.
Kemm-il darba kien jitlob sagrificcji minghand il-bnedmin ghall-gieh ta' Marija, sabiex, meta huma jaqilghu dak li jitolbu, ma jinsewx li l-grazzja inghatat lilhom bl-intercessjoni taghha. Frenc kien cert li l-Madonna kienet qed tnebbhu x'kellu jaghmel. Ma kienx it-tip ta' bniedem li joqghod ixandar affarijiet straordinarji, anzi kien pjuttost jahbi li jkun gara. Kien tassew bniedem ferriehi u mhabbtu lejn Alla, il-Madonna u l-qaddisin ma kellha l-ebda fanatizmu. Hu kien ikun iddispjacut hafna meta kien jisma bl-offizi li jsiru kontra l-qaddsin.
Frenc kien jitkellem hafna dwar xi pariri li jkun ta, imma hu qatt ma kixef l-isem ta' hadd. Kien jghin ukoll finanzjarjament lin-nies u lill-Knisja. Frenc kellu kull qima lejn il-qassis ghaliex fih jara l-ministru ta' Alla. Fl-imhabba li kellu lejn kull qassis, meta xi wiehed kien imur biex ikellmu, Frenc kien ihoss li ghandu jaghmel preferenza mieghu, u ma joqghodx ihallih jistenna wara l-ohrajn. Hu gieli hadha ma' dawk li gergru ghad-drawwa tieghu. Imma, biex insemmi kaz wiehed, meta sama' t-tgergir, Frenc kien pront wiegeb : " Morru, jekk ma tridux tistennew. Jien lis-sacerdot nistmah qabel u fuq kulhadd".
Frenc kien sar maghruf hafna ma' l-Isqof ta' Ghawdex. L-isqof Mikiel Gonzi kien jistaqsi fuq Frenc biex isir jafu ahjar, u fl-Omelija li ghamel wara l-mewt tieghu fis-Santwarju ta' Pinu, fahhru ghall-kwalitajiet sbieh tieghu u ghall-gid kbir li kien ghamel. L-isqof Guzeppi Pace kien jafu hafna ahjar, hu kien imur ghand Frenc ta' sikwit, sahansitra ghal xi messaggi ghax kien jemmen hafna fi Frenc. Darba l-isqof talab minghand Frenc xi kura ghal-bint dik tan-neputija tieghu.
GRAJJIET U FEJQAN
Ghand Frenc kien imur kulhadd, zghazagh, anzjani, politici, professuri, barranin bhal ma huma inglizi u taljani. Kienu imorru nies minn kull livell socjali. Kienu jmorru mijiet ghandu. Zjara ghandu kienet tnissel ferh kbir. persuna tghid hekk : "KULL META KELLIMTU HASSEJT KONSOLAZZJONI KBIRA, LI QATT MA HASSEJT BHALHA F'HAJTI"."GIELI MARRU GHANDU XI BARRANIN UKOLL; DAWN AKTARX LI KIENU JKUNU MQANQLIN MILL-KURZITA; HU KIEN JITKELLEM MAGHHOM PERMEZZ TA' INTERPRETU".
Mara mill-Isla kitbet hekk : "GHANDI T-TIFEL TA' BINTI LI HA SKOSS F'RIGLEJH. HADTU GHAR-RITRATT U FIR-RITRATT MA RRIZULTA LI GHANDU XEJN; IZDA XORTA WAHDA GHADU MUGUGH HAFNA. JIENA QIEGHDA NIBZA' LI GHANDU XI HAGA. JIENA B'FIDUCJA KBIRA FIL-MADONNA, NITOLBOK IMQAR WERQA MINN TAL-FJURI LI INTI IKOLLOK QUDDIEM IL-MADONNA BIEX NAGHMILHOM MA RIGLEJH"
Wiehed ragel ittama fil-qawwa tat-talb tieghu ghax Ommu kienet marida, mal-mara ma setghax jasal ghall-ftehim, u kellu il-bwiet xotti. Ohrajn riedu li jitlob ghalihom biex il-qorti taqta sentenza skond il-gustizzja. Xi zghazagh xtaqu t-talb tieghu biex jghaddu mill-ezami.
Frenc kien japprezza hafna, l-ittri ta' dawk li kitbulu biex jitlob ghalihom halli Alla jaqla l-fejqan spiritwali ta' xi persuna li huma kienu jhobbuha.
KLIEM MISTERJUZ
Hafna nies kienu jibqghu skantati meta hu wriehom li kien jaf x'riedu minghandu qabel ma qalulu. Frenc kien ikun jaf il-hajja mohbija taghhom. rakkonti minn dawn jezistu hafna. Mara minn tas-Sliema tghid hekk :
"L-EWWEL DARBA LI MORT GHANDU BIEX INKELLMU, HEKK KIF RANI, QALLI F'MUMENT WIEHED HWEJJEG LI JIENA U L-KONFESSUR TIEGHI BISS KONNA NAFUHOM. MILL-EWWEL BDEJT INZOMMU B'QADDIS"
BIDWI IMMA TABIB TAL-GISEM U TAR-RUH
Frenc jghid hekk : JIENA QATT MA HDIMT FI SPTAR LANQAS MA' SPIZJAR" Nafu wkoll li Frenc qatt ma studja l-medicina, bhalma jaghmlu t-tobba. Hafna tobba kienu jithassruhom lil dawk li jmorru ghandu, ghaliex x'kura jista' jaghti wiehed li ma jifhimx fis-sengha tal-fejqan. Imma xi tobba hassewhom jinkeddu ghax kien hemm nies li marru ghandhom u ma tfejqux; imbaghad marru ghand Frenc, u b'li tahom u qalilhom, hassewhom ighaddu ghall-ahjar. Fi Frenc, il-Maltin u l-Ghawdxin kellhom fiducja shiha. Ghalhekk hu kellu fih xi haga li tghin lill-dak li jkun ifiq.
Kliem Frenc, kien juri li l-qawwiet tieghu ma kenux fil-medicini. Imma tt-tobba bdew iharsu bl-ikrah lejh. X'uhud bdew ukoll igemgmu ghaliex, lilhom dehrilhom li bniedem marid, jekk ried ifiq tassew, ma kellux ghalfejn imur ghand Frenc. Ma naqsux lanqas dawk it-tobba li ma kienux jidhlu fid-djar li fihom ikun mar Frenc.
Imma aktar ma l-morda bdew ifahhruh, aktar bdew ikabbrulu d-diffikultajiet tieghu. Xi tobba Ghawdxin riedu jiehdu passi kontra tieghu bil-gustizzja. Kien zmien meta x'uhud bdew imorru ghand Frenc fid-dlam tal-lejl, biex hadd ma jarahom !
Zewg zghazagh dilku bl-ingwent li tahom Frenc is-sabar ta' missierhom mugugh; it-tabib ried jara dak l-ingwent misterjuz, imma ma satax jifhem x'kien. Frenc kien jghidilhom ukoll biex jghidu Sliema u Qaddisa lill-Madonna. Hafna kien il-fejqan mirakoluzi.
FRENC JISPICCA L-QORTI
Minhabba dawn it-tip ta' kazijiet kien hemm min spicca biex lill-Frenc tellghuh l-qorti. Nisimghu ghall- darb'ohra l-kelmiet ta' Frenc : "FI ZMIEN IT-TABIB FRANK VELLA, MALTI LI KIEN JOQGHOD L-GHARB, U S-SURGENT KIEN MICHAEL XERRI MIR-RABAT, JIENA GEJT IMHARREK, U MWAQQAF MINN DIN IL-HIDMA TA' FEJQAN"
Kienet saritlu citazzjoni, u kellu jitla' l-qorti ta' Ghawdex fil-11 ta' Gunju, 1938. Il-Magistrat Karmnu Parnis xlieh li ghamilha ta' tabib minghajr il-licenzja tal-Kap tal-Gvern. L-avukat ta' Frenc kien Frangisk Masini. X'hin il-magistrat staqsieh jekk kienux minnu li ghamilha ta' tabib, u qeda lin-nies, Frenc baxxa rasu u ma wiegeb xejn. Bis-skiet tieghu, hu deher li ammetta l-htija. Imma kien hemm tabib li pprova jiddefendih, billi qal li Frenc ma kien qed jaghmel hsara lil hadd billi jghalli haxixa. Kien hemm xi ghoxrin li telghu biex jiddefenduh, imma dawn ma ssejhux. Frenc gie meqjus hati. Il-Qorti kkonsidrat il-kondotta tajba tieghu, u ghalhekk ma wehel xejn. Imma hu gie mwissi li jekk jerga' inqabad mill-gdid, il-Qorti kellha kull setgha li tikkundannah ghal dan wkoll li gie mixli bih din id-darba, u helisha b'semplici twissija. Dan kien jissejjah l-artiklu 23.
MGHASSES MILL-PULIZIJA
Frenc kien jibza hafna li jehel xi multa. Fl-istess zmien tal-kawza, l-pulizija kienet tghasses fuqu l-hin kollu. Izda triq tan-nofs kellu jinstab u dan sabiex il-gid ma jonqosx. Lil Frenc qalulu li, jekk tabib jaghti certifikat lil xi hadd biex dan imur ghand Frenc, dik il-bicca karta tkun qisha permess. Hafna tobba ma redux jaghmlu dan; imma ohrajn accettaw.
Nisimghu mill-gdid il-kliem ta' Frenc : WARA DAN, LIL DAWK LI KIENU JIGU GHANDI, KONT NITLOBHOM CERTIFIKAT MIT-TABIB TAD-DISTRETT TAGHHOM JEW TABIB IEHOR, BASTA BIC-CERTIFIKAT" Frenc jissokta jghid "PAZJENTI MINN MALTA GEW BIL-MIJIET U BQAJT INSEWIHOM B'DIN IS-SISTEMA".

1. Il-Post fejn Frenc kien jara lin-nies.
GIELI KIENU JGHADDUH BIZ-ZMIEN
Fost dawk li ma emmnux fih, Frenc sab ukoll lil min jipprova jghaddih biz-zmien. Ma' dawn, Frenc gieli kien iebes fi kliemu. Tlett tfajliet marru ghandu biex jghadduh biz-zmien. Imma Frenc qalilhom bis-serjeta' : "IDHKU ! IDHKU! IMMA HA NARAW KEMM SER IDDUMU. INTOM IT-TLIETA MORDA U SA HMISTAX OHRA, WAHDA MINNKOM TKUN DIGA' MIETET".
Meta semghu hekk, huma tbikkmu, u telqu l-barra. Wara tlett gimghat, regghu lura tnejn minnhom, u qalulu li sehbithom kienet mietet tassew. Fl-istess hin, huma talbuh mahfra talli riedu jwaqqghuh ghac-cajt. Dan kien fatt li halla mpressjoni kbira, u hafna baqghu sallum isemmuh.
GIELI MA QABILX MAT-TOBBA
Kultant, Frenc kien jehodha kontra d-decizjoni tat-tabib. Lil wiehed mix-Xaghra li sempliciment xtaq li Frenc jitlob ghalih ghax kien sejjer jaghmel operazzjoni, qallu : "ARA MA JFETTILLEKX TAGHMEL XI OPERAZZJONI, KUL IKLA MINESTRA, U MINFLOK PONN FUL, ITFA TNEJN, U GHADA ERGA EJJA GHAX IKUN GHADDIELEK KOLLOX !"
Frenc gieli bidel medicina moghtija mit-tabib. Hu gieli kien jiggudika lit-tobba li kienu jizbaljaw, meta jiddikjaraw, li xi hadd kien marid b'haga waqt li kien b'ohra. Lil dan, Frenc qallu car u tond li t-tobba riedu jieklu munn fuq dahru. Huma zammewh ghall-kura, skond kliem Frenc, sakemm dan kellu x'jibghatilhom ! F'dan il-kaz ta' akkuza gravi, jissemma l-isem tat-tabib, u dak ta' l-isptar ukoll.
Tifel ma setghax jimxi, u t-tabib ordnalu l-hadid ghal saqajh biex jiehdu s-sahha. Imma baqa' kif kien. Missieru hadu ghand Frenc, li qallu: "Nehhilu l-hadid u itilqu jigri fir-raba'. It-tifel innifsu jghid : "Hu kien qalli biex nidlek iz-zejt ta' l-ikel maghmul ma' fejgel u, bil-ghajnuna tal-Madonna u ta' Frenc ta' l-Gharb, ninsab tajjeb bhall haddiehor"
KAZ IEHOR ....
Waqt li t-tabib iddikjara li tarbija kellha l-azzma, Frenc qal li hi kienet belghet xi haga. "Frenc ippreskrivielna ftit ingwent minn tieghu, li kellu jindilek fuq sidirha u mbaghad, inqeghdulha bicca drapp shuna. Wara dan kollu, l-istess haga qatt ma gratilha izjed. It-tabib innifsu ma riedx jemmen b'dak il-fejqan immedjat li kien gara quddiemu stess.
Il-grajjiet tal-fejqan huwa tremend, dan hu kaz iehor : Lil tifel, minhabba l-mard, it-tobba kienu qalghulu ghajn, u kienu se jaqilghuli l-ohra. Imma l-genituri tieghu riedu l-parir ta' Frenc. Kif sama' bil-kaz, Frenc hatafhom, u qalilhom : "X'taghmlu ? Taqilghulu ghajnu l-ohra? mela tridu li jkollkom tifel ghami ? Issa, jien naghmlilkom ftit ingwent. Aghmlulu l-ingwent fuq carruta, u ghidu AveMarija lill-Madonna. Aghmluhulu fuq mohhu u tibzghux, ma jkollu xejn." It-tifel baqa' jgawdi l-ghajn li kien fadallu, u ghalhekk ma ghamiex.
Hafna kazi ta' fejqan ohra, wiehed jista' isibhom fil-ktieb "Frenc ta' l-Gharb(1892-1967) ta' Patri Alexander Bonnici (Frangiskan Konventwali). Dan il-ktieb wiehed jista jixtrih mill-Basilika tal-Madonna ta' Pinu.
MIN JGHALLEM LILI MA JMUT QATT
Kontra dak li hasbu x'uhud, Frenc ma qisx ruhu xi professur. Hu emmen li Alla kien qed ighinu, u, kif ghen lilu, jista' jghin lil xi hadd iehor. Innizzlu silta minn intervista li saritlu minn Gorg Pisani u Charles Arrigo.
Pisani : Dawn il-pariri li kont taghti fuq is-sahha tal-bniedem u fuq is-sahha tar-ruh: issa dawn dnub li jintilfu ghal kollox. Issa, dawn ma jkunx tajjeb li taghtihom lil xi hadd li jiktibhom biex almenu jibqghu warajk ?
Frenc : Jiena nahseb li min ghallem lili ghadu haj; ma jmut qatt.
Arrigo : U min ghallem lilek ?
Frenc : Eh ! Kulhadd jaf. Min ghallem lili ma jmut qatt. Ma tafux min hu ? Min ma jmut qatt ???
Dawn il-kelmiet ta' Frenc huma ta' valur kbir . Inqalu ukoll minn bniedem li baza' li jitkabbar sahansitra jistqarr li Alla kien qieghed jghinu. Hu ma riedx ighid li Alla kien qieghed jahdem fih. Imma ried li din il-konkluzjoni tohrog wehidha, bla ma titlissen minn fommu. Ghalhekk lil dawk li staqsewh, bi tbissima helwa u kwazi misthija daqsxejn mistghageb, stasiehom : "Kif ? ma tafux min hu ?" Hu ried jghidilhom : "Ma tafux li dak li ma jmut qatt hu Alla biss ? Imma dawk it-tnejn kienu fehmu kollox x'ried jghid.
IFIQU JEKK JERSQU LEJN ALLA
Sacerdot Agostinjan qal hekk dwar Frenc: "Nistghu nsejhulu wkoll bniedem ta' Alla ghax ikkonverta bosta rgiel u guvintur u anki xebbiet mill-hajja hazina taghhom, u ressaqhom lejn Alla". Frenc kemm-il darba ma riedx iwieghed fejqan jekk dak li jkun ma jaghmilx hiltu biex jersaq lejn Alla. Lil wiehed li talbu xi medicina, Frenc wiegbu: "INT HSIEBEK BISS FIN-NEGOZJU, U RUZARJU QATT MA TGHID. IN-NEGOZJU JISPICCA, IMMA RUHNA MA TISPICCAX". Lil iehor li kien jimxi bil-krozzi, Frenc qallu : "JEKK GHANDEK RIEDA TAJBA, TFIQ. IMMA , QABEL, MUR TA' PINU , SIB SACERDOT, ITLOB MAHFRA 'L ALLA, U L-MADONNA TFEJQEK". Ghalkemm b'nofs hajra, hu mar iqerr f'Ta Pinu, u talab lill-Madonna biex tidhol ghalih. Meta qam minn bilqieghda biex johrog hu sab li sata' jimxi minghajr il-krozzi. B'ringrazzjament, hu halla l-krozzi f'dak is-Santwarju, u ghadhom hemm sallum.
Lil wiehed pulizija li qallu kemm kienu ghalxejn il-medicini li ha, Frenc wiegbu: "BIEX JGHADDILEK L-UGIGH KBIR LI GHANDEK FL-ISTONKU TIEGHEK, IMORRULEK ID-DWEJJAQ KBAR LI GHANDEK, U MA TIBLAX AKTAR PILLOLI GHALXEJN, TRID L-EWWELNETT TIRRISPETTA L-MARA LI GHANDEK U MA TOFFENDIX AKTAR 'L ALLA BID-DAGHA".
L-akbar hena ta' Frenc kien meta, qabel kollox, lill-bniedem kien iressqu lejn Alla. Gieli tkellem b'ton iebes ma' min ma kellux il-hsieb li jbiddel hajtu. Darba wahda, mar biex ikellmu ragel li mieghu kellu mara li ma kenitx martu. Hu ha taxi mix-xatt biex twassalhom ghandu. Izda, fit-triq, dak tat-taxi ra lil Frenc hiereg mill-Gharb lejn ir-Rabat riekeb f'taxi ohra. Ir-ragel qal lis-sewwieq : "Dawwar lura, u gerri ftit halli nilhquh". Hekk ghamel, u beda wkoll idoqq il-horn wahda f'wahda. Is-sewwieq tat-taxi ta' Frenc induna li riedu jwaqqfuh; izda Frenc ma riedx, u qallu "Suq u tieqafx". X'hin waslu r-Rabat, Frenc nizel mit-taxi, sadanittant ir-ragel lahqu fil-hin, mar fuqu, u qallu: "Kont gej biex inkellmek ftit; izda ma lhaqnikx id-dar". Frenc qallu "LILI M'GHANDEKX XI TRIDNI; MUR". l-iehor issikah, u talbu bil-hniena biex ikellmu. Izda Frenc baqa' iebes u wiegbu : "META TRID TKELLIMNI, GIB LIL MARTEK MIEGHEK".
Kien hemm soru li kien ilha hafna tibghat tghidlu biex imur jaraha, u Frenc baqa' ma jaghtix kasha. Fl-ahhar, hi sabet 'il min wassalha ghand Frenc, u kif dahlet, haditha mieghu talli lanqas biss ma kien iwegibha. Frenc, bil-kalma kollha, wegibha: "QIEGHDA TARA KEMM JIDDISPJACIH IL-MARID META HU JSEJJAHLEK, U INT MA TAGHTIX KAS TIEGHU".
HABBAR IL-MEWT
Frenc gieli gharaf tajjeb li, ghal xi persuni, il-mewt kienet fil-qrib. Imma mhux dejjem ried jitkellem b'mod car dwar dan. Wahda mara marret titolbu xi haga ghall-fejqan ta' zewgha. Meta harget, hu qal hekk:"TKELLMET TANT GHAL ZEWGHA, U MA QALITX KELMA WAHDA GHALIHA NNIFISHA" Wara ftit granet, dik il-mara dahlet l-isptar, u mietet fi zmien qasir.
Zaghzugh mar jitlob xi haga ghal missieru. Frenc wrieh li missieru kellu kancer, u kien se jmut. Lilu hu tah biss xi haga biex jonqoslu l-ugigh. Frenc innifsu qal : "IL-MEDICINA LI TAJTU KIENET FTIT ZEJT TA' QUDDIEM IL-MADONNA TA' PINU"
Ir-rakkonti hawn ukoll huma hafna. Ingibu wiehed iehor biss. Guzeppi Cassar, minn Hal Tarxien, kiteb hekk : "Meta l-mara tieghi kienet marida l-isptar, billi jien kont naf li hi ma reditx toqghod hemm, mort ghand Frenc biex nistaqsih x'ghandi naghmel: nohroghiex jew inhallihiex hemm. Jiena wasalt ghandu fil-hdax neqsin ghaxra ta' fighodu. Kif wasalt ghandu, Frenc ghamel mieghi haga li qatt ma kien ghamilha. Hu qabad jghannaqni u jbusni, u hassejt ukoll id-dmugh tieghu. Qalli wkoll: "In-nies hargitha li jien mitt". Jiena wegibtu: "Jivvintaw tant affarijiet. Int erhilhom; taghtix kashom'. Imbaghad, staqsejtu dwar il-mara tieghi: jekk ghandix nohrogha jew le mill-isptar. Frenc wegibni: "Ma jghidlekx il-professur jekk ghandikx tohroga ? Int aghmel dak li jghidlek hu'. Jiena tlaqt lura lejn Malta, u sibt li l-mara tieghi kienet mietet. Il-hin tal-mewt taghha kien ezattament fil-hdax neqsin ghaxra: x'hin Frenc kien qieghed jghannaqni u x'hin semmieli li kienu harguha li miet. X'hin qghadt nahseb fuq dawk il-kelmiet ta' Frenc u fuq dak li ghamel mieghi, jiena hassejt li hu kien sar jaf bil-mewt ta' marti; imma lili ma riedx jghidli b'kelmiet cari"
WAHDA MILL-HAFNA ITTRI FFIRMATI U BL-INDIRIZZ LI NBAGHTU DWAR KAZI STRAORDINARJI LI GRAW LILHOM.
Nota: l-isem ta' min baghat din l-ittra mhux ser jisemma ghar-ragunijiet privati
Data : 9 ta' Ottubru 2001
Jien XXXXXXX mil-Imsida qeda nikteb biex naghti xiehda tieghi. Fid-29 ta' Settembru 2001 kont muguha bin-nerv ta' ghonqi ffjammat u dak-in-nhar kelli anki ugiegh man-nifs. Hadt il-panadols ghal-ugiegh u ma ghamlitx effett.
Dak-inhar kont qeda ghand ommi u qaltli biex nidlek ftit mil-ilma, li kienet gabet maghha xi 3 gimghat qabel mid-dar fejn kien jghix Frenc. Flok dlikt minnhu jien xrobt ftit u ghidt talba f'qalbi u ghidt li jekk jaghdili immur jien personali Ghawdex u ngib l-ilma u nara wkoll fejn kien jghix. Nirringrazzja l-Alla, l-ugiegh marli dak-inhar stess, li lanqas kelli bzonn li niehu l-kors tal-pilloli li normalment niehu sa meta jkolli l-ugiegh tan-nerv fjamat. Sallum 9 ta' Ottubru ma ghandiex ugiegh. Din hija it-tieni grazzja li qlajt, ghaliex kont fieqt mix-Xatika xi 9 snin ilu. Ghada 10 ta' Ottubru tiela Ghawdex halli nwettaqa il-weghda tieghi.
XXXXXXXX
Frenc kien bniedem mimli mhabba lejn Alla u lejn ghajru. Ghalhekk, meta nisimghu bl-eghmejjel tajbin li hargu minn idejh, inhossu li m'ghandniex ghalfejn narawha bi tqila li Alla sata' nqeda' bih ghal affarijiet tassew straordinarji. Frenc, bil-hajja tieghu, ghallem lill-bnedmin liema hi l-aqwa fost il-medicini. Hu ghallimna li,fit-tama li tnissel fina Marija, Omm Alla u Omm il-bnedmin, il-bniedem isib l-ahjar medicina ghar-ruh tieghu. Jekk imbaghad ikun ta' gid ghal ruhu, il-fidi tghinu biex jaqla' l-fejqan ghal-gismu wkoll.
FL-AHHAR XHUR TAL-HAJJA TA' FRENC
Fis-sena 1962, Frenc ghalaq is-70 sena. Imma f'dan iz-zmien hu marad. Il-hajja tieghu kienet tbatija. Wara ix-xoghol hu kien isib in-nies jistennewh u dan kompla zidlu fit-toqol tal-hajja. Wara ix-xoghol hu kien jaqdi lil kulhadd. Ma tantx kien jaghti kas biex jistrieh xi ftit. Gieli ma kienx jiekol jew jorqod. Huwa kien jippreferi li jghin lill-proxxmu u lanqas biss lien jaghti kas kemm gieli jkun sar hin. Minkejja dan kollu in-nies kienet xorta tibqa tmur, ghalkemm kien ikun jidher li hu ghajjien.
Fid-9 ta' Awissu, 1966 meta ma kienx jonqsu hlief disa' xhur hajja, Frenc qal hekk ghalih innifsu : "KEMM KEMM NITHARRKU FTIT. ILI HAFNA MA NIFLAHX. ILI SENA JEW IZJED MA NOHROGX MID-DAR. BHALISSA, IZ-ZJAJJAR LIL TA' PINU NQABBAD LIL MIN JAGHMILHOM MINFLOKI. NITQARBEN HAWN ID-DAR. JIGI N-NEPUTI JQARBINI.
Frenc kien wahhal avviz mal-bieb biex bih jgharraf li ma kienx ghadu jservi nies. Imma hafna baqghu jiktbulu. Hu kien isib hafna aktar hin biex iwiegeb l-ittri fejn kien jghidilhom bil-mard li kellu, halli ma joqoghdux imorru ghalxejn. Kemm-il darba, minhabba d-dghufija tieghu, hu kien jiddetta l-ittri lil haddiehor. L-ittri ta' dan iz-zmien jixxiebhu hafna. innizzlu biss silta minn wahda minnhom : "INT GHARRAFTNI LI QIEGHDA SSOFRI XI UGIGH F'RIGLEJK, U TIXTIEQ LI JIENA NAGHTIK XI HAGA; IMMA JIDDISPJACINI M'GHANDIX, GHAX BHALISSA MA NIFLAHX". IL-WEGHDIET TAT-TALB MA TONQOS QATT FIT-TWEGIBIET TIEGHU.
Fl-ahhar 4 snin ta' hajtu, Frenc, billi qatt ma kien tajjeb ghal kollox, ma raqadx izjed fir-remissa. Hu kien jorqod fis-sodda ta' kamartu. Kienu snin li Frenc ghaddiehom iqum u joqghod fis-sodda: daqqa tajjeb u daqqa hazin. Meta beda jifhem li ghalih l-ahhar jum kien qed joqrob, Frenc beda jlissen l-isem helu ta' Marija aktar ta' sikwit. Il-Via Sagra minn Ta' Pinu ghal fuq Ta' Ghammar kellha tkun wahda mill-opri li jibqghu jfakkruh wara mewtu. Fl-ahhar zmien hu kien isemmi dik l-opra ta' sikwit. Hu kien ihajjar, u jzid imbaghad minn tieghu. Hu xtaq li jinqalghu benefatturi li jghinu f'din l-opra.
Mill-bidu tas-sena 1966, Frenc ma harigx izjed minn daru. Hu kien hassu hazin meta fl-ewwel tas-sena kien hareg ghall-quddiesa ta' l-ewwel. Hu kien ikun kiesah hafna, u lill-ftit li kienu jmorru jitkellmu mieghu, kien jghidilhom li ma jdumx ma jsiefer !
U hekk gara ghax fid-19 ta' Mejju ta l-1967 Frenc ha l-ahhar nifs, u ruhu dahlet fl-eternita. Dak-inhar kien jahbat il-gurnata tal-gimgha. Il-mezzi kollha tar-radju u l-gazzetti xandru l-ahbar tal-mewt tieghu. Mara mir-Rabat ta' Ghawdex irrakkontat, il-hasda li hadet meta, dak-inhar tal-mewt tieghu, hi hadet lil binha ghandu biex titolbu jfejjaqulha. Hi ma kenitx taf li miet. Lilha hallewha tidhol u hadet hasda kbira. Xebba li kienet hemm haditilha t-tarbija minn idejha, u missitha ma' Frenc. Kif marret lura lejn darha, dik il-mara staghgbet izjed ghax it-tarbija li ma kenitx timxi bdiet tieqaf fuq riglejha.
Is-Sibt, 20 ta' Mejju, 1967 saret il-quddiesa tal-funeral tieghu fil-Kolleggjata ta' l-Gharb. Hafna marru ghall-funeral ta' Frenc, u bdew jghidu kontinwament: "Miet qaddis", u "bhal Frenc ma jkollniex iehor". Frenc gie midfun fic-cimiterju msejjah Taz-Zejt. Dan hu c-cimiterju tal-Parrocca ta' l-Gharb. Il-Qabar tieghu jgib in-numru 70A.
FRENC GHADU JINHASS LI GHADU FOSTNA
Ghaddew hafna snin minn meta miet Frenc izda hu ma ntesiex bhalma kien hawn minn bassar dak-inhar tal-mewt tieghu. Kulhadd hu cert li Frenc malajr beda jgawdi 'l Alla fil-hena ta' dejjem. Kif kienu jitolbuh biex jghinhom meta hu kien ghadu haj, hekk ukoll issa ghadhom jittamaw li jaqilghu xi grazzja bl-intercessjoni tieghu. Fil-fatt hafna huma il-kazijiet ta' grazzji kbar, wara ukoll il-mewt tieghu.
Illum, Frenc hu maghruf hafna izjed milli kien fl-imghoddi. Il-'Hajja' dokumentata ta' Frenc li kienet giet stampata hi ezawrita. Hi 'hajja' li inqrat minn kulhadd: minn nies fuq kull livell fis-socjeta. Il-qdusija ta' Frenc hi xhieda li Alla jsejjah tassew lil kulhadd ghal hajja perfetta. Frenc ma kienx qassis jew patri. Hu kien bniedem li ghex fid-dinja, bil-problemi kollha tal-hajja ta' kuljum. Hawnhekk nixtieq nghalaq dan it-taghrif billi minn ikun jixtieq aktar informazzjoni dwar Frenc jista' jakkwista kopja tal-ktieb dwar il-hajja ta' Frenc. Dan il-ktieb jista jinxtara mill-Basilika tal-Madonna ta' Pinu, Ghawdex.
GRAJJIET RICENTI
ITTRI
IFFIRMATI, BIR-RITRATTI LI INTBAGHTU
LIC-CENTRU
TA' GARABANDAL

ELIZABETH MIZZI
13th January 2004
To Mr Carmel Agius (Garabandal Centre)
MALTA
Dear Carmel,
I am Elizabeth Mizzi; The mother of Mrs Mary
Fava. I would like to confess what a great miracle I was given; Praying
in concern of my daughter mention above. I prayed so hard to FRENC TA'
L-GHARB : While she was in hospital having an operation. After the
operation I was told that things were going wrong. As I heard that, I went
to my praying table where I have the picture of Frenc and I told him for many
time, "Go to C.C.U. and help my daughter Mary. This happened last
September. She was in for a small operation but things got complicated
and ended up doing 3 operations and she was almost dying; The doctors were very
afraid that she was getting better and better. I beleive that is a big
miracle. I would like to thank God that praying to Frenc Ta' l-Gharb, my
daughter now is well and in good health.
Signed
Elizabeth Mizzi
Gharb, Gozo
Nirringrazzjaw lill-Madonna u l' Alla ta'
dan il-fejqan bl-intercessjoni ta' Frenc ta' l-Gharb
MA NINSEWK QATT
Frenc tal-Gharb kien ragel twajjeb,
helu u umli ma kulhadd.
Il-Madonna kienet f'mohhu u t'tommu
u minn qalbu qalbu ma kien inehhi qatt.
Illum qieghed il-Genna hdejha
jara lilna x'ghandna bzonn,
jghaddi l-messaggi kollha lilha
u biex hija taghtina dak
kollu li ghandna bzonn.
O Frenc, kun helu maghna
u lilna la tinsa u thalli qatt.
Illum id-disgha u ghoxrin t'Awissu
tas-sena 2003, statwa sabiha ghamilnilek.
Hekk jishoqlok, biex ahna zgur ma ninsewk qatt.
Id-dar tieghek miftuha fdajtilna
u ta' dan 'l Alla ghandna nirringrazzjawh
il-Madonna ta' Pinu f'qalbna hallejtilna,
u ta' dan jista' jixdhu kullhadd.
Il-Ghawdxin, il-Maltin u l-barranin kollha,
minn ta' Ghammar, minn ta' Pinu
u mid-dar tieghek ma jonqsu qatt,
b'duwa ta' hxejjex u talb fejjaqt il-morda,
u bi kliemek sabih farragt,
u hekk ghadek taghmel maghna,
b'idejk kollha miftuhin,
flimkien mat-talb tal-Madonna,
u ta' Gesu' bambin.
Jonathan Mintoff
NOVENA
FRENC QADDEJ TA' ALLA
NITOLBOK ITLOB GHALINA
IDHOL UKOLL GHALINA
QUDDIEM IL-MADONNA U
QUDDIEM BINHA L-GHAZIZ.
NITOLBOK FRENC ISSA STESS
WASSAL DIN IT-TALBA FQIRA
TAGHNA QUDDIEM IT-TRINITA'
QADDISA, GHAX IT-TALB
TAGHNA GHADU MTEBBA,
ISSA TIEGHEK HUWA PUR QUDDIEM BINHA
L-GHAZIZ, QADDEJ TA' ALLA. FRENC
WASSAL NITOLBOK IL-HSIBIJIET
TAGHNA, IX-XEWQAT TAGHNA U
L-WEGGHAT TAGHNA, U AHNA
CERTI LI QIEGHED TITLOB GHALINA
U TA' DAN NIRRINGRAZZJAWK
PATER, AVE U GLORJA
AD UNUR TAS-SANTISSIMA TRINITA'
Min jaqla' xi grazzja minghand il-Madonna ta' Pinu bl-intercessjoni ta' Frenc huwa mitlub jgharraf lil : "Postulatur" Musew Frenc tal-Gharb, Gharb GHAWDEX
JEKK GARRABT XI ESPERJENZA JEW QLAJT XI GRAZZJA U TIXTIEQ LI TIKTIBLI U L-ITTRA TIEGHEK TKUN TIDHER FUQ L-INTERNET B'ISMEK TISTGHU TAGHMLU DAN BILLI JEW TIBGHATU E-MAIL FUQ : ceramics@onvol.net JEW IKTBULI FUQ : CARMEL AGIUS (PROMOTUR/DIRETTUR) CENTRU GARABANDAL, 22-24 TRIQ LOUIS SCICLUNA, FGURA PLA 13 MALTA
KULL ITTRA TRID TKUN IFFIRMATA, BL-INDIRIZZ U T-TELEFON