GRAZZJI TA’ FEJQAN SPIRITWALI U MATERJALI
taghrif migbur minn Carmel Agius
Traduzzjoni ghall-Malti : Ray Mahoney u Carmel Agius

Il-Midalja bil-bicca tal-missal li biset il-Madonna
FERNANDO FAJARDO – NEW YORK : Jien, Fernando Fajardo, originarjament minn San German, Puerto Rico, u li noqghod fil-Bronx, New York, naghti xhieda ghal miraklu li sehh mieghi bl-intercessjoni ta’ l-Imqaddsa Vergni ta’ Garabandal, Spanja.
Sfajt ma niflahx u mort rajt lit-tabib tal-familja, Dr. Geronimo Dominguez. Wara li spjegatlu l-kaz tieghi, huwa ghamel diversi testijiet fuqi, inkluzi X-rays, u wasal ghad-djanosi li kelli tumur tal-vesicula li kien qed jaghtini wgigh qawwi.
Irreferieni ghall-isptar Mount Sinai fejn kelli nigi operat minnufih. Alla ghenni biex nirrassenja ruhi u erhejt ruhi f’idejh. Madankollu, qabel mort l-isptar, il-mara tat-tabib Dominguez li hija wkoll infermiera, u li kemm hi u zewgha huma devoti hafna tal-Madonna, taghtni xi Labti u talbitni nilbishom, waqt li assiguratni li l-Madonna kienet se tghini nfiq. Hekk, ghadda z-zmien. Tfajt il-fidi kollha tieghi f’dak il-kliem u l-Labti Mqaddsa tal-Madonna.
Mort l-isptar fejn ghadd ta’ specjalisti ezaminawni u wara analizi kollha qablu mat-tabib Dominguez illi jien kelli nigi operat minnufih. Dahhluni bla aktar dewmien l-isptar. Il-Mara ta’ Dr. Dominguez, imgieghla mill-fidi kbira taghha, taghtni domna tal-Madonna ta’ Garabandal. Marti dahhlitha f’gizirana u libbsithieli. Minn dak inhar dejjem ilbistha u nibqa’ nilbisha sa ma mmut.
Biex intemm din il-grajja, qattghajt sitt ijiem taht ezamijiet intensivi u X-rays. Izda mirakoluzament l-ugigh beda jitlaqni u fl-ahhar djanjosi ma sabu xejn it-tobba minn dak li kienu sabu qabel. L-operazzjoni ma saritx. Dan ghalija kien ferh kbir u issa kont fhimt li l-Vergni Marija kienet wettqet miraklu mieghi. Illum, aktar minn qatt qabel nemmen li bil-fidi xejn m’hu mpossibli.

Il-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu ta' Garabandal
• RICHARD WELSH – EXETALUNA, NEW ZEALAND : Fis-7 ta’ April 1979, ksirt ghonqi f’loghba tar-rugby u minn spalleja l-isfel sfajt ipparalizzat. Kultant, idejja ncaqlaqhom ftit izda subajja le u jkolli nuza strixxa specjali tas-swaba biex nikteb. Is-siggu tar-roti nista’ ncaqilqu ftit u nirringrazzja lil Madonna ghal dak kollu li llum nista’ naghmel. Hajti kienet dizappuntament shih sakemm ghaddejt minn dan kollu. Kont immur nisma quddiesa izda qatt ma tghallimt xi tfisser. Kont biex noghgob lil ommi. Dak iz-zmien ta’ l-incident tlabt lil Madonna tghini. Tul l-ewwel gimghatejn, (l-ghar zmien) tawni l-ahhar riti jew ahjar sagrament ghax qaluli li qalbi waqfet. Bl-intercessjoni ta’ Marija, hajti u ruhi gew salvati. Meta hassejtni tajjeb bizzejjed mort inqerr u nitqarben u bdejt nitlob. Kont bniedem tad-dinja ……issa sirt tifel tat-talb. L-ewwel darba li smajt b’Garabandal kien meta rajt xi haga f’gazzetta Kattolika biex jibghatuli aktar taghrif u sirt membru ta’ l-Appostolat tal-Madonna. Minn dejjem kelli d-dehriet f’mohhi u ma tlift l-ebda opportunita li nghid lil ohrajn dwarhom. Il-labtu kuljum fuqi, u billi nqatta bosta jiem l-isptar bhalha pazjent kulhadd ihares lejn il-labtu tal-Madonna u jmissu bil-hsieb li jkunu jafu xi haga fuqu. U jiena nghidilhom ezatt x’gara u tghidx kemm jiehdu pjacir. “I’m very interested in Padre Pio and was so impressed with the miracle he worked for you….I want to go to Garabandal to see the miracle, to get cured…”.

Wahda mill-kuruni li giet minsusa ma oggett li biset il-Madonna
• T.S. – GRASS VALLEY, CALIFORNIA : “Nixtieq naqsam l-esperjenza tieghi mieghek u l-qarrejja tieghek dwar il-fejqan mirakoluz minn tumur li kellha marti wara li tlabt lil Madonna ta’ Garabandal. Marti kienet ilha tbati ghal xi zmien u l-Geneologista qalilna li t-tumur ikollu jitnehha b’operazzjoni. Ghal habta ta’ dak iz-zmien morna biex naraw film li kellu x’jaqsam mad-dehriet ta’ Garabandal ir-ragel li pprezenta dan il-film kellu relikwa li bieset il-Madonna u wara li spicca, bisniha t-tnejn u missejt il-kuruna tieghi maghha. Dik il-lejla, waqt li marti kienet rieqda ghamilt il-kuruna tar-ruzarju fuqha u tlabt lill-Madonna ta’ Garabandal biex tfejjaqha mit-tumur li ghandha u li ma jkollhiex ghalfejn taghmel operazzjoni. Meta marret ghal ezami ta’ qabel l-operazzjoni, it-tabib staghgeb. U staqsiha x’kienet qed taghmel ghaliex it-tumur kien naqqas mill-kobor tieghu sew u ma kelliex ghalfejn taghmel l-operazzjoni. Il-mara, minn dak inhar li bqajna nitolbu lil Madonna ta’ Garabandal, ma baqghetx thossha mugugha. Nixtieq nghidlek ukoll bi grajja ohra dwar l-ghajnuna minnufih li tatna l-Madonna . It-tifel taghna ta’ erba snin kellu rih qawwi u tant beda jisghol lejla wahda, li ma setghax jorqod. Dam sejjer hekk bosta sighat. Fl-ahhar qbadt il-kuruna u qadt nitlob hdejh lil Madonna. Mhux talli waqaf milli jisghol, izda qatt ma smajtu jaghmel hoss iehor ta’ soghola f’dik il-lejla jew l-ghada. “We are thankful for Our Lady for these blessings and urge all of your readers to pray to her. She is listening”.