DAN IT-TAGHRIF JINBIDEL U JIZDIED KULL TLETT XHUR
KITBA RAYMOND MAHONEY
IL-MADONNA TA’ SCHIEDAM
SCHIEDAM, L-OLANDA
1379
Bijografu ta’ Santa Lydwina ta’ Schiedam (1380-1433) jaghti dettalji dwar l-istatwa mirakoluza li, fi tfulitha, din il-qaddisa tant kienet izzur. Jinghad li certu skultur wasal fi Schiedam u mieghu gab statwa ta’ l-injam tal-Madonna bil-Bambin, li kellu l-intenzjoni li jbiegh fil-fiera ta’ Antwerp.
Ghalkemm fid-dehra din l-istatwa dehret li kienu jehtiegu tnejn biex iqandluha, din kienet madankollu hafifa bizzejjed ghal wiehed. L-iskultur kien fi hsiebu jdum ghal ftit f’Schiedam, tul bizzejjed kemm jaqta’ l-passagg ghal fuq vapur li kien sejjer Antwerp. Wara li hejja kollox u qata’ l-biljett, l-iskultur tella’ mieghu l-istatwa abbord.
Gara li hekk kif din ix-xbieha ttiehdet abbord il-piz taghha tqal immensament. Ghal xi raguni inspjegabbli dan il-vapur ma setax jinhall minn max-xatt u lanqas l-isforz ta’ ghoxrin bahri ma’ kien bizzejjed biex icaqlaq il-mirkeb. Malajr ingabru in-nies li staghgbu u kkonfendew ghal din id-dehra kwazi redikola. Il-bahrin hassewhom imbarazzati u ghajjenin stqarrew l-inabbilta’ taghhom li jaghmlu bicca xoghol li ghalihom kienet dejjem rutina. Din il-bicca qajjmet l-investigazzjonijiet bir-rizultat li l-attenzjoni kollha marret fuq l-istatwa u t-toqol taghha. Inghatat ordni biex l-istatwa tinhatt u titnizzel.
L-iskultur irrifjuta u gie mhedded li jekk jirrezisti kemm hu u l-istatwa u l-istatwa jinxtehtu l-bahar. Izda meta l-iskultur rega’ hasibha u baxxa rasu ghall-ordni, l-istatwa regghet hfiefet. L-iskultur nizel abbord ghac-capcip tan-nies, u, din id-darba, bla xkiel ta’ xejn il-vapur salpa bla saram.
Kullimkien griet l-ahbar tal-grajja misterjuza li kienet tfisser li l-Vergni Mqaddsa riedet tibqa’ permezz tax-xbieha taghha fi Schiedam.
Meta l-kappillan sar jaf bl-istorja kollhha hu wkoll qabel li l-istatwa kellha tibqa’ fil-belt taghhom. Hekk sar u wara li l-kappillan tkellem mal-ghaqdiet tas-Snajja, l-istatwa ttiehdet fil-Knisja tal-lokal.
Din l-istatwa kienet kollha kemm hi ta’ l-injam, minquxa b’mod l-aktar skwizit u ta’ gmiel f’kull dettal. Il-Madonna kienet bil-wieqfa, zzomm lic-ckejken Gesu’ f’dirghajha x-xellugija waqt li f’idha l-leminija zzomm xettru.
Il-pannegg waqa’ helu helu f’tiwi grazzjuz filwaqt li trofof ta’ xaghar l-imbierka, nizlu u ggenbu fuq spallejha.
Kellha kuruna fuq rasha u wiccha kien mimli gmiel izda f’harsitha ‘l-isfel l-espressjoni taghha kienet wahda ta’ niket. Il-belt ta’ Schiedam hija maghrufa sew ghal din l-istatwa mirakoluza izda jidher li l-fama ta’ din il-belt tistrieh l-izjed fuq wahda mir-residenti famuzi taghha, Santa Lydwina ta’ Schiedam.
Wiehed mill-bijografi taghha jikkondendi li ftit hu maghruf dwar il-hajja bikrija tal-qaddisa, izda jinsab cert minn zewg fatti partikulari: L-istatwa mirakoluza saret ftit qabel twelidha u li fi tfulitha, l-qaddisa kienet tkun l-ghaxqa taghha tmur izzurha.
Fl-eta ta’ 7 snin meta kienet tiehu l-kolazzjon lil hutha, l-iskola, dan kienet taghmlu bil-heffa biex ikollha l-hin tmur il-knisja titlob quddiem l-istatwa mirakoluza. Darba meta waslet tard hafna id-dar, hija wiegbet lil ommha:” Mort inqim lil Madonna u hi laqghatni bi tbissima”.
Fi zmien ir-riformazzjoni l-istatwa originali sfat distrutta izda giet skolpita replika taghha aktar tard u li saret daqstant iehor bil-wisq popolari.
ROSA MYSTICA


TRADOTT MILL-INGLIZ
MINN RAYMOND MAHONEY
Montechiari hija belt rurali f’qiegh l-gholjiet Alpini ta’ l-Italja ta’ Fuq, mhux boghod minn Milan. Hawn, fl-1911 twieldet Pierina Gilli, ghal zmien infermiera, u li lilha l-Vergni Mbierka ilha tidhrilha sa mill-1947. Id-Dehriet sehhew f’lokalitajiet varji; fil-knisja tal-post, fl-isptar u fid-dar zghira ta’ Pierina.
Meta Pierina staqsiet lill-Madonna tghidilha isimha hija wiegbet : “Gewwa Fatima jiena tlabt id-devozzjoni u l-konsagrazzjoni lill-Qalb tieghi, izda hawn f’Montechiari nixtieq inkun maghrufa bhala “Rosa Mystica”.
Matul id-dehriet , hwejjeg straordinarji sehhew u li gew dokumentati mill-kappillan Don Rossi u li rawhom personalment bosta xhieda-fejqan mirakoluz ta’ mard terminali, konverzjonijiet kbar, ezorcizmu u sinjali tal-ghageb fis-smewwiet. Li qajmu nteress kemm fil-lokal kif ukoll barra minnu kienu tliet kazi ta’ fejqan mirakoluz bla mistenni u f’daqqa wahda u kkonfermati u awtentikati minn tobba kompetenti. Pellegrini jaslu f’Fontanelle generalment fl-ewwel Sibt tax-xahar, wara l-Ewwel gimgha tax-xahar iddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’, biex jassistu ghat-tberik ta’ statwi migjuba mill-istess pellegrini u sabiex jiehdu sehem fil-purcissjoni solenni li talbet li ssir l-istess Vergni Marija. Fl-okkazzjoniiet ghal dawn wiehed jista’ jara pellegrini mill-pajjizi girien kollha; perezempju l-Germanja, Franza, l-Awstrija, l-Isvizzera kif ukoll minn pajjizi mbieghda bhall-Argentina, l-Brazil, l-Awstralja, l-Indja, l-Gappun u minn partijiet mill-Afrika.
Marija “Rosa Mystica” tkellmet hekk :
“ID-DINJA HIJA F’TARF ROVINA. ALLA JRID IT-TALB, SAGRIFICCJU U PENITENZA. GHIDU R-RUZARJU. KULL MIN IGHID IR-RUZARJU JIRCIEVI BOSTA GRAZZJI MINN GHANDI”.