EDITORJAL

JIKTEB CARMEL AGIUS

ceramics@onvol.net

 

Fejn jidhlu rakkonti ta' dehriet jew mirakli, wiehed jaghmel sew li jhalli l-prova taz-zmien tahdem, qabel ma jaghti xi mportanza lil stejjer li jkun ghad ma ghandhomx xhieda ta' min joqghod fuqha.  Izda din il-prova taz-zmien, tidher  li ntrebhet sewwa minn Garabandal, fejn xhieda serja ma waqfet qatt turi, li l-Madonna ghamlet numru kbir ta' dehriet bejn l-1961 u l-1965.  Il-grajjiet ta' dan ir-rahal zghir li qed jinxterdu mad-dinja, jinghad li qed jaghmlu gid kbir fost il-poplu.

Waqt li hu xieraq noqghodu attenti u niflu b'ghajn kritika r-rakkonti ta' dehriet li ghadhom ma gewx approvati formalment mill-Knisja, lanqas ma nistghu nsoddu widnejna u naghlqu qalbna ghall-fatti li jidhru li huma gravi xejn inqas minn dawk ta' Lourdes u ta' Fatima.  Wara hafna snin ta' oppozizzjoni qalila kontra dawn id-dehriet, il-Knisja ma setghetx tohrog kundanna minn Ruma, anzi jidher car li l-Kongregazzjoni responsabbli ser tapprova l-kaz dalwaqt, billi wkoll interessat ruhha sewwa fihom u ghamlet l-investigazzjonijiet taghha.

Meta inqisu kemm dawn il-grajjiet gew accettati f'hafna pajjizi minn madwar id-dinja, tidher li hi haga xierqa li dawn il-grajjiet inxandruhom minghajr ma nippretendu li kulhadd ghandu jemmen mill-ewwel u minghajr ma nistaghgbu bil-bruda ta' xi whud jew bil-hegga ta' ohrajn.  Tkun xi tkun id-decizjoni tal-Knisja fil-futur ahna ghandna dejjem naccettawha, bla kundizzjoni.  Min-naha taghna, individwalment ghandna naghrfu x'inhi r-rieda tieghu. Hafna drabi quddiem il-fatti fil-hajja, il-bniedem ikollu jiddeciedi hu fuq ir-responsabilta' tieghu dwar hwejjeg li jistghu jkunu  hafna aktar serji mill-problema jekk temminx jew le rapporti ta' dehriet.

Ghalhekk ma ghandniex noqghodu ninhbew wara l-awtorita' biex naharbu mill-verita' ta' fatti li l-kuxjenza taghna mhux facli li twarrabhom.

MESSAGGI LI NAFUHOM

Imbaghad ghandna dik li l-aktar hija skuza milli oggezzjoni meta jghidu li l-messaggi tal-Madonna huma dejjem l-istess: Talb u penitenza, Ruzarju u sagrificcji.  Jinghad ukoll li jekk il-bnedmin iridu jemmnu tassew, ghandna d-dehriet ga approvati ta' Lourdes u ta' Fatima: x'irriduhom il-godda ?

Dan ir-ragunar ghandu wisq riha qawwija ta' suppervja tal-bnedmin; bhallikieku l-Madonna bhala Omm li tara l-veduta tad-dinja mis-sema ma tafx aktar minna lkoll f'daqqa x'ghandna bzonn !  Ghalfejn insejhulha Ommna u mbaghad meta turina li Hi ommna bil-fatti taz-zjarat u korrezzjonijiet spissi taghha, ahna nitfu l-vuci taghha minflok ma nwassluha lil hutna ? U d-dnubiet mhux ukoll dejjem l-istess, apparti n-numru u l-hazen taghhom li dejjem jikber ?  Hekk ukoll it-twissijiet ta' l-Omm dejjem jixxiebhu u dejjem jikbru c-cirkustanzi fid-dehriet taghha li jwasslu 'l-bnedmin biex jemmnu fihom, bhall-fenomeni u l-profeziji li jakkummpanjaw id-dehriet.

Diffikulta' ohra li jgibu biex ma jemmnux, "ghalissa", hija l-fatt li ghaddew hafna snin u xi profeziji li gew imhabbra ghadhom ma twettqux.  Hemm tliet profeziji mhabbra f'Garabandal li b'vantagg kbir ghalina qed jiehdu z-zmien biex isehhu.  Il-garanzija li dawn ghad isehhu qieghda fil-profeziji l-ohra li gew imwettqa, ghal min joghgbu jemmen.  Bhal dik meta Conchita, it-tifla principali tad-dehriet qalet minn hmistax-il gurnata qabel li l-miraklu z-zghir li hija talbet ghalih kellu jigri fit-18 ta' Lulju, billi tidher l-ostja fuq ilsienha meta jigi bhas-soltu biex iqarbinha San Mikiel, kif fil-fatt gara quddiem hafna nies.  Jew meta aktar minn sitt xhur qabel qalet li San Mikiel kien se jaghtina t-tieni messagg tal-Madonna; jew meta t-tfal instemghu jghidu waqt estasi, "Imma ahna kif se nghidu li ma rajnikx meta issa qeghdin narawk ?", u wara spjegaw li l-Madonna qaltilhom li huma ghad igiddbu lilhom infushom, kif fil-fatt gara hafna zmien wara; jew profeziji aktar spissi meta t-tfal kienu jghidu l-hin u l-gurnata tad-dehra li jmiss u dak il-hin tassew jidhlu fl-estasi?

PROFEZIJI

Is-sincerita' u l-ispirtu t-tajjeb tat-tifla principali Conchita, jidhru fil-kliem li kienet tirrepeti spiss, "Ma jimpurtax jekk ma temmnux fid-dehriet sakemm twettqu l-messagg tal-Madonna".  Ikun zball taghna  jekk kif jigri s-soltu, nehdew bl-ecitament tal-profeziji u nhallu fil-genb it-twissijiet fuq il-kwalita' ta' hajja li qed nghixu.  L-ecitament u l-biza' jmisshom jigu fuqna bil-hsieb fuq il-korla ta' Alla offiz bi hzunitna, tant li se jkollu jwissina bi speci ta' tbezbiza li tassew tkun tal-biza', izda taghmlilna l-gid u ma ggibx il-mewt hlief b'eccezzjoni ta' min ma jkunx  jiflah ghax-xokk.  Din se tkun speci ta' rivelazzjoni ta' dnubietna u tkun tidher u tinhass minn kulhadd tajbin u hziena fid-dinja kollha, iddum ftit hin u turina li hija ntervent dirett minn Alla. 

Wara xi zmien qasir jigi mhabbar il-miraklu l-kbir li ghandu jkun konferma ta' l-awtenticita' tad-dehriet u jhalli xi sinjali ghal dejjem fir-rahal tad-dehriet.  Izda l-kurzita' fuq dawn il-profeziji ma ghandniex inhalluha tbeghdna mill-fini li  ghalih se jigru dal-hwejjeg li Alla jridna nersqu lejh ghax ihobbna u jistenna minna li naharbu d-dnub.  U l-wirjiet li Alla jaghmel fi zmienna mhux tallli ma jtellfux izda ghandhom iressquna biex naghrfu l-kobor ta' l-aqwa miraklu tar-religjon taghna li z-zmien qatt m'hu se jhassar - il-qawmien ta' Kristu wara l-qtil tieghu bil-htijiet taghna.

Issib min joggezzjona li dal-profeziji jixxandru ghax jekk ma jsehhux tista' tintilef il-fiducja fir-religjon u t-twissija tista' twerwer lil xi whud.  Izda l-fiducja tista' tintilef ukoll jekk ma jigix accettat l-indhil t'Alla fi grajjiet serji b'hafna xhieda soda u bil-konferma tal-mirakli ppruvati xjentifikament.  Minn naha l-ohra meta jsehhu l-profeziji jista' jkollna min jghid li bir-ragun li ahna ma xandarniex dak li konna nafu.  U meta jghidulna li ghandna bzonn ta' xi operazzjoni serja, ma jistax jahkimna l-biza' wkoll ?  Imma nidhlu ghaliha bil-fiducja li taghmlilna l-gid.  Hekk ukoll f'din l-operazzjoni ghal gid etern taghna, ghandna noqoghdu ghaliha bil-fiducja li Alla Missierna jaf aktar mit-tabib x'inhu ta' gid ghalina.

It-tielet profezija li harget minn Garabandal hija kkondizzjonata bhal dik li habbar Gona fuq il-belt ta' Ninive.  Jekk wara li jsehhu z-zewg profeziji li ssemmew, id-dinja terga' taqa' fil-hajja hazina, il-kastig li jigri u li ssemma wkoll gewwa Fatima, lanqas hu ta' min jiddeskrivieh.

Fit-tieni messagg taghha l-Madonna qalet fi Spanja li ahna ghandna nwarrbu l-qilla t'Alla minn fuqna bl-isforzi taghna.

GHALL-GID TA' KULHADD

Min jista' jkejjel il-gid li sar fil-Knisja bid-dehriet tal-Madonna f'Lourdes u f'Fatima ? B'danakollu dawn kellhom, u sa llum ghadek issibilhom ukoll l-oppozizzjoni mhux biss minn dawk nieqsa mir-rieda tajba imma wkoll, b'finijiet tajba, minn persuni sewwa u ghorrief u ohrajn li lanqas biss tistennieha minnhom.

Imbierek hu min ghandu hila jghix sewwa fuq direzzjoni ta' l-awtorita' tal-Knisja, il-Kotba Mqaddsa u t-Tradizzjoni,  minghajr il-bzonn li jkun hawn rivelazzjonijiet privati.  Izda ma jixraqx li b'xi mod infixklu, meta nafu li dawn il-grajjiet storici huma ghejjun ta' gid kbir ghal hafna bnedmin hutna, u fuq kollox huma skond ir-rieda t'Alla.  Kollu minnu li r-Raghajja huma kapaci jaghrfu l-bzonnijiet tal-mument fil-Knisja u jaghtu d-direzzjoni lill-poplu f'kull zmien.  Dawn, fit-tejorija ghadhom ikunu bizzejjed biex inisslu hajja xierqa fil-bnedmin, imma fil-prattika jigri li d-direttivi taghhom ihallu l-kotra ta' l-insara, indifferenti u bierda.

F'messagg ghal gheluq is-sena Marjana, il-Papa Gwanni XXIII fit-18 ta' Frar 1959 qal hekk: "Inhajjarkom biex tisimghu bis-semplicita' tal-qalb u bl-onesta' tal-mohh ghat-twissijiet ta' gid ta' Omm Alla.  Il-Papiet...jekk dejjem kienu l-ghassiesa u l-interpreti tar-rivelazzjoni divina li qeghdha fil-kotba Mqaddsa u fit-Tradizzjoni, ghandhom ukoll id-dmir meta, wara ezami bir-reqqa huma jhossu l-htiega ghall-gid komuni li jigbdu l-attenzjoni tal-fidili ghal dawk id-dwal sopranaturali li Alla joghgbu jaghti b'abbundanza lil certi erwieh privileggjati mhux ghall-fini li jaghti xi dottrina gdida imma biex jiggwidana fl-imgieba hazina".

Jekk ahna nemmnu tassew li s-salvazzjoni eterna tal-bnedmin hija bicca serja hafna, ghandna naghmlu minn kollox biex ma jintilefx il-proxxmu li ghalih miet l-Iben t'Alla.

L-AWTORITA' F'SANTANDER

Diffikulta' ohra ghal dawn id-dehriet hija l-fatt li d-decizjoni tal-Isqof ta' Santander kienet negattiva.  Din il-prekawzjoni prudenti fil-bidu wiehed jistenniha, imma kien hawn min sostna li b'daqshekk l-istorja ta' Garabandal hija kawza maghluqa.  Father Jos. A. Pelletier jispjega li l-awtorita' fil-Knisja ghandha tliet gradi; l-Ordinarju, il-Kongregazzjoni, li  f'das-suggett hija dik ghad-Duttrina tal-Fidi, u fuq kulhadd, il-Papa.

Il-Kongregazzjoni dejjem cahdet li  taghti l-gudizzju taghha dwar il-karattru sopranaturali tad-dehriet u allura halliet il-kawza miftuha.  Il-Papa qatt ma tkellem ufficjalment favur jew kontra Garabandal. 

Izda certi fatti, bhall-barka  personali tal-Papa Pawlu VI li huwa ta lil Conchita, u l-Barka tal-Papa Gwanni Pawlu II li ta ricenti lill-awtur Germaniz Albrecht Weber sabiex ixerred il-grajjiet ta' Garabandal, qabel ma jkun tard wisq huma kollha indikazzjonijiet li juru li kemm dan il-Papa kif ukoll ta' qablu qed juru li l-kaz ta' Garabandal ghad ikun approvat. 

Il-Papa Gwanni Pawlu II kien talab lill-awtur biex il-barka tieghu tigi ppubblikata f'pagna 19 tal-ktieb investigattiv tieghu li kellu jerga' jigi ppublikat. Dan kollu li semmejna jindika, li bhall-Kongregazzjoni huwa mhux lest li japprova d-decizjoni negattiva u xejn tajba ta' l-Isqfijiet ta' Santander.  Ghal darbtejn f'jumejn il-Papa Pawlu VI  qal hekk lit-tifla: "Inbierkek, u mieghi tbierkek il-Knisja kollha".

PATRI LUIS ANDREU S.J.

"Imma ghaliex ghandna noqghodu fuq it-tfal fi hwejjeg serji", jghidu dawk li joggezzjonaw li jista' jkun hemm dehriet genwini.

Kienet ghazla ta' Alla l-Imbierek stess li avda lill-ghaziz Ibnu f'idejn tifla ta' 14-il sena gewwa Nazareth.  U dak li jippjana Alla, min se jiddiskutih ? 

Imma din id-darba gewwa Garabandal il-Madonna ssodisfat ukoll ghal din id-diffikulta' u ghogobha tidher mhux biss lit-tfal ghal hafna drabi imma ghamlet eccezzjoni u flimkien mat-tfal raha wkoll ragel ta' 36 sena fil-persuna tar-Reverendu Patri Luis Andreu, Gizwita.  Ghalhekk ghandna x-xhieda solida ta' adult kwalifikat b'mohh kritiku u ttrenjat ghax kien xejn inqas minn teologu Professur tal-fakulta' Gizwita gewwa Ona fi Spanja fejn kien wkoll Professur tat-Tejologija.

Fit-8 ta' Awissu 1961, waqt li dal-Patri kien qieghed jezamina lit-tfal fl-estasi jharsu 'l fuq, beda jghajjat f'daqqa, "Miraklu, miraklu" u siket f'estasi jhares 'l fuq huwa wkoll.  Patri Luis ra l-Madonna u din urietu wkoll il-miraklu li ghad isir f'dak il-post, dehra li t-tfal stess qatt ma rawha.  Huwa kiteb hafna noti fuq dak  li osserva u garrab hu stess u meta rega' lura f'Cosio, il-belt tal-qrib, qal lill-Kappillan li dak li kienu jghidu t-tfal kien kollu minnu.

Waqt li kompla l-vjagg lura bil-lejl Patri Luis kellu ferh kbir fuqu u wara xi sitt sighat minn x'hin ra l-Madonna, miet 'bil-ferh' fil-karozza tal-hbieb li kienu qed iwassluh.  L-istorja tieghu ma spiccatx hemm, ghax gimgha wara, il-Madonna qalet lit-tfal li kienet sejra ggibilhom lil Patri Luis biex ikellimhom.  U hekk kien; waqt li t-tfal kienu jgawdu d-dehra tal-Vergni huma semghu l-Patri jkellimhom.  Huma gharfu lehnu sewwa imma ma rawhx.  Patri Luis tkellem familjarment mat-tfal wara mewtu matul xi ghaxar dehriet ohra tal-Madonna, baghat messaggi lil ommu u lil hutu mat-tfal u qaghad jghallimhom xi talb b'lingwi ohra barra milli tahom xi struzzjonijiet kif ghandhom igibu ruhhom.

"Kemm intom boloh u tqal biex temmnu.." Lq. 24, 25