DWARNA
L-EWWEL PROMOTURI U DIRETTURI

SALVU FARRUGIA
L-Ewwel Promotur Malti ghat-tixrid tal-grajjiet ta' Garabandal f'Malta kien Salvu Farrugia. Salvu Farrugia kien Ghalliem, Ass Surmast ta' Skola kif ukoll Superjur tal-Museum. Hu kien ilu Promotur mill-1976 sakemm il-Mulej sejahhlu, fl-1992.
Salvu Farrugia miet fl-ewwel ta' Lulju tal-1992 fl-eta ta' 64 sena. Hu miet fix-xahar tal-Madonna tal-Karmnu u fl-istess data tad-dehriet ta' Garabandal.
Salvu Farrugia kien devot kbir tal-Madonna u ghamel hafna xoghol siewi ghat-tixrid tal-Messagg.
IT-TIENI PROMOTUR - IL-POETA JOE GALEA

It-tieni Promotur Malti kien Joe Galea minn B'Buga. Joe Galea huwa kittieb u poeta ta' diversi pubblikazzjonijiet. Ghalkemm illum huwa mobbi bl-eta', huwa xorta wahda ghadu jahdem ghat-tixrid tal-messagg. Joe Galea huwa iz-ziju ta' Carmel Agius u huwa sar jaf bil-grajjiet ta' Garabandal permezz ta' Carmel stess u sar Promotur minn Salvu Farrugia u Joey Lomangino fuq ukoll inizjattiva ta' Carmel stess. Joe Galea huwa wkoll l-ewwel editur tal-fuljett 'Lehen Garabandal'. Joe Galea dam imexxi l-ghaqda f'Malta mill-Lulju tas-sena 1992 sa 2002 u kellu jirrizenja minhabba ragunijiet ta' sahha.
IT-TIELET DIRETTUR U PROMOTUR - CARMEL AGIUS

It-Tielet Promotur huwa Carmel Agius ghac-Centru ta' Garabandal. Huwa sar fl-ewwel ta' Jannar tas-sena 2000 fuq inizjattiva ta' Joe Galea u l-membri. Huwa joqghod il-Fgura, mizzewweg u ghandu zewgt itfal. Ix-xoghol tieghu huwa Ghalliem, Manager fis-suggett 'Ceramika Industrijali' kif ukoll huwa Engineer tal-Computers. Huwa ghandu esperjenzi fuq it-Teologija .
Carmel Agius ilu erbatax-il sena membru fl-ghaqda ta' Garabandal. Huwa kien ukoll distributur tal-Magazin Irlandiz u dak Amerikan, 'Garabandal'. Carmel Agius kien wkoll ko-ordinatur u t-tieni editur tal-pubblikazzjoni tal-fuljett 'Lehen Garabandal' u l-ewwel editur tal-pubblikazzjonni tal-Magazin 'Garabandal' bil-Malti. Kienet ukoll l-ideja tieghu ssir din il-website, fejn l-arrangamenti kollha saru minnu.
Carmel ghadu il-Promotur u d-Direttur kif ukoll l-editur tal-Moviment Garabandal.
KORDINATURI
L-Ewwel kordinatur kien is-Sur Carmel Agius li llum huwa d-Direttur ta' din l-ghaqda. Bhal ma jaf kulhadd, Carmel Agius huwa persuna attiva hafna u li bis-sahha tieghu sar hafna gid.

IL-POETA RAY MAHONEY
Wara nhatar s-Sur Vigo Balzan bhala kordinatur u mbaghad nhatru tnejn ohra kordinaturi fl-ghaqda ta' Garabandal. Dawn huma is-Sur Joe Micallef minn Santa Venera fejn kull xahar jorganizza grupp ta' talb fid-dar tieghu, u l-iehor huwa l-Poeta Ray Mahoney.
Id-Direzzjoni