MESSAGG MID-DIRETTUR
JIKTEB CARMEL AGIUS
Fit-18 ta' Ottubru tal-1961, kien inqara l-ewwel Messagg tal-Madonna f'Garabandal. F'dan il-Messagg il-Madonna kienet talbet biex naghmlu hafna sagrificcji u nzuru ta' spiss lil Gesu' Sagramentat. Imma qabel xejn irridu nghixu hajja tajba u nwettqu dak li talbitna l-Madonna. Jehtieg li wiehed iqajjem kuxjenza aktar profonda fost il-poplu, sabiex jersaq aktar spiss lejn is-Sagrament tar-Rikonciljazzjoni u jircievi aktar spiss lil Gesu' Ewkaristija.
Jekk wiehed jahdem somma matematika isib li : Jekk wiehed jitqarben darba f'xahar ikun tqarben tnax-il darba biss f'sena li fiha 365 gurnata. Dan huwa ftit wisq. Jekk titqarben darba fil-gimgha jigu 52 darba.
Hu wisq ta' niket li tara hafna nsara li ma jilqghux l-istedina ghat-Tqarbin ta' spiss. U dan jigri ghaliex ma nahsbux, ma nirriflettux u ma nimmeditawx serjament dwar il-gid li ma jistax jitfisser li hu t-Tqarbin Imqaddes. L-Ewkaristija, li jmissha tkun it-tnehida bla ma taqta ta' kull qalb nisranija, tidher quddiem il-harsa taghna taht apparenzi umli. U billi ahna hekk maghmulin li dak li ma jolqotx il-ghajn ihallina ndifferenti, ghaldaqshekk ma nhossunhiex migbuda mix-xewqa li nircievuha spiss, jekk ma nirriflettux sikwiet dwar min hu Dak li jghix taht speci sagramentali u kemm tezori ta' grazzji jgibilna meta bit-Tqarbin Imqaddes jigi fil-qalb taghna.
Jekk temmen fil-prezenza t'Alla fl-Ewkaristija, ghandu jkollok ghas-Santissimu Sagramentat stima u mhabba bla qies. U billi ta' kuljum hemm l-Ostja Imqaddsa ghad-dispozizzjoni tieghek, hemm tista' tabilhaqq turi l-istima u l-imhabba li ghandek ghaliha billi tirceviha ta' kulljum b'xewqa qaddisa.
Jien nemmen li Gesu' hu fl-Ewkaristija, ghaliex qalu Hu nnifsu u tghallimulna l-Knisja Kattolika. Fil-Vangelu hemm miktub li Gesu' kif ikkonsagra u qassam l-Ewkaristija lill-Appostli, ghamilhom Sacerdoti Tieghu billi kkmanda lilhom li jaghmlu kif ghamel Hu. Gesu' hu veru l-Iben t'Alla maghmul bniedem u ghaldaqshekk veru Alla bhal Missier u l-Ispirtu s-Santu. Hi cara li d-Divinita Tieghu wkoll hi fl-Ewkaristija.
Meta tkun quddiem is-Santissimu Sagramentat, tkun quddiem Gesu' haj u veru, kif kienu l-Appostli meta kienu jghixu mieghu fl-Art Mqaddsa u kif huma fis-Sema l-Qaddisin. In-nies tad-dinja ma jifhmux il-gieh li tikseb billi titqarben u ma jaghtux kaz, izda dawk li jghammru fis-Sema u l-Insara kollha, ta' Fidi hajja jammirawk u fil-qalb taghhom jifirhu mieghek li tgawdi l-hbiberija u l-kunfidenza tas-Sinjur, li dan ghogbu jigi jghammar mieghek u gewwa qalbek.
Gesu' kien qal, "Jekk ma tieklux il-gisem tieghi u ma tixorbux id-demm tieghi ma jkollkomx hajja fikom, izda min jiekol il-gisem tieghi u jixrob id-demm tieghi ghandu l-hajja ta' dejjem u jien nirxuxtah fl-ahhar jum".
Jekk int thalli ghal kollox it-Tqarbin, il-hajja nisranija fik tmut minghajr dubju. Imma jekk int tircevieh, ikollok il-hajja ta' dejjem. Bit-tqarbin, in-nisrani jinghaqad ma Gesu' kif jinghaqdu l-qtar ta' l-ilma flimkien. Tqarbina darba mitlufa hi mitlufa ghall-dejjem.
Xi nies qed jaghmlu hafna sagrileggi minhabba li qed jirrikorru ghat-tqarbin bid-dnubiet gravi u dan qed jigri minhabba li ma jirrikorrux ghall-Qrar. Dan qieghed jigri mhux biss min-nies komuni imma wkoll minn xi sacerdoti li ma jqerrux, ghax ma baqghux shah fil-fidi kattolika. Is-Sacerdot m'ghandux ikun iebes fil-qrar ghax jista jkun li tigri l-hsara lil dik il-persuna li tkun marret tqerr.
Ejjew nitolbu flimkien sabiex nissahhu fil-fidi nisranija billi ningabru b'herqa kbira u nimmeditaw il-misteri tal-Ferh, tat-Tbatija, u tal-Glorja. Il-Papa Pawlu VI fil-"Marialis Cultus" kien qalilna li r-recita tar-ruzarju minghajr il-meditazzjoni tal-misteri huwa bhal gisem bla ruh.
Ommna Marija fl-ahhar Dehra taghha go Fatima stqarret li hi r-Regina tar-Ruzarju. Ghat-talb tar-Ruzarju hija tinterciedi quddiem it-Trinita' Qaddisa ghal kull min jirrikorri lejha. Il-Madonna tridna nghidu r-ruzarju kuljum u dan qalitulna fid-dehriet numeruzi taghha. Dan stqarritu f'kull dehra f'dawn l-ahhar sekli.
TWISSIJA IMPORTANTI
It-Taghrif f'din il-website qed jigi pprezentat minghajr ebda pretenzjoni ta' gudizzju finali fuq il-grajjiet li saru f'Garabandal. Gudizzju finali tista' taghtih biss l-awtorita' tal-Knisja Kattolika ghax dawn il-grajjiet saru fi hdanha ma jaqghux taht il-kategorija tal-hwejjeg normali ta' din id-dinja.
Ix-xoghol prezentat huwa attentat semplici ta' prezentazzjoni oggettiva tar-rapporti dokumentati tal-fatti. Dan qed isir, izda dejjem bil-ghajnejn tal-Fidi Kattolika li minghajrha wiehed ma jistax jifhem il-hwejjeg li graw f'din l-istorja.
Min jaqra dan it-taghrif ghandu l-ewwel jara li jibda l-qari tieghu b'qalb nadifa, biex ikun jista' jara 'l Alla jahdem f'dawn il-grajjiet. U wiehed ghandu jaqra minghajr il-ghaggla li tigi mill-kurzita' biex ma jhallix barra hwejjeg importanti.
Jaqbel li wiehed jieqaf spiss mill-qari biex jirrifletti qabel ikompli jaqra. Huwa dan l-ahjar mod biex il-qarrej jiehu l-ikbar gid ghar-ruh, il-gid etern li ghalih saret din is-sensiela ta' grajjiet providenzjali ta' zmienna.