Taghrif  dwar il-grajjiet ta' Garabandal

minn Carmel Agius

Introduzzjoni

L-ghan ta'  din il-kitba huwa li nwasslu l-lehen ta' Dik li ahna nsejhulha Ommna meta nistednuha ta' spiss u nghidulha,"...urina li inti Ommna".  Il-Madonna wrietna ghal darb'ohra li hija qed tiehu hsiebna bhala l-aktar omm li tghozz 'l-uliedha.

Hawn ghandek issib l-ahhar messagg ta' mhabba li l-Vergni Mbierka tat lid-dinja u xi ftit minn dak li dan l-ahhar Hija regghet ghamlet maghna, meta qalghet il-permess minn ghand il-Kbir Alla biex terga' tigi zzurna, turina l-qaghda prezenti tal-bniedem ma' Alla u twasslilna l-ahhar twissijjiet taghha ta' Omm.

Il-Grajjiet ta' Garabandal huma l-ahhar ghajta tas-Sinjur Alla permezz ta' Marija.  Jidhrilna li l-Maltin, il-maggoranza l-kbira tal-poplu f'dawn il-gzejjer imbierka jixirqilhom li jkunu jafu mqar dan il-ftit u dak li hu l-aktar importanti fl-istorja ta' Garabandal, qabel ma jsehhu l-profeziji li jikkonfermaw bil-kbir dawn il-grajjiet.

 

L-ahbar ta' dawn il-fatti qed tigri mad-dinja u ma nixtiequx nigu akkuzati li ma xandarnihomx lil hutna meta, aktar 'il quddiem ghad tasal fit-tmiem din il-grajja bit-twettieq ta' dak li hemm imhabbar.  Ahna smajna u kkonvincejna ruhna mis-serjeta' tal-grajjiet u qed nghaddulkom dak li qed jixxandar fost l-insara tad-dinja u popli ohra.  It-twettieq tal-profeziji nhalluh biex ikun il-prova cara u jkollhom fuqhiex jemmnu l-aktar nies qalbhom marbuta ma' din id-dinja u dawk li ghalihom hija iebsa hafna biex jemmnu.  Ghal min ghandu aktar rieda tajba, diga' hemm provi bizzejjed biex jitwemmnu l-grajjiet u l-messaggi tal-Madonna, li t-twettieq taghhom bl-imgieba taghna huwa mill-aktar urgenti.

 

Is-sqaq fond, jissejjah "calleja", kollu blat u gebel fejn saru hafna mid-dehriet.  Is-sqaq iwassal sa fuq l-gholja fejn jidhru d-disa' sigriet tal-prinjol, il-post ta' hafna dehriet

 

X'qalet u xi trid il-Madonna

 

Fi grajjiet bhal dawn, hemm il-periklu li nehdew bil-profeziji u nimtlew bil-ghageb ghall-mirakli jew fatti straordinarji li jixhdulna dwarhom.  Dawn minflok ma jservuna biex naslu ghall-essenzjal li hu l-messagg tas-sema jew dak li l-Mulej iridna naghmlu, jista' jigri li naghtuha ghas-sodisfazzjon tal-kurzita' dwar dettalji ta' dak li  gara jew ghad irid jigri.

Bizzejjed hu ta' niket il-fatt li hafna jfittxu ragunijiet imgebbda biex ma jemmnux u ohrajn li joholqu tfixkil ghax il-messagg ma joghgobhomx.  Min ihobb il-Madonna tassew, mhux biss jifrah waqt li jisma' biz-zjarat taghha, imma wkoll jghaggel biex jaghmel ir-rieda taghha li hija r-rieda t'Alla, imwassla lilna llum biex nibdew inwettquha fil-granet taghna.

Kliem il-Madonna fil-messaggi taghha ndirizzati lill-bnedmin kollha u li ridithom jaslu lill-bnedmin kollha, huma wisq importanti.  Ghalhekk jixraq li nibdew bihom qabel ma nghidu l-istorja kif waslu mis-sema, u l-grajjiet li akkompanjawhom.

 

L-ewwel Messagg - 18 ta' Ottubru 1961

 

Dan l-ewwel messagg, il-Madonna tatulna fil-bidu tad-dehriet taghha f'Garabandal u Hija ordnat li jigi mxerred lill-bnedmin kollha fid-dinja.  Wara kwazi erba' snin li matulhom il-parti l-kbira ta' l-insara ma semghu xejn minn dak li gara, il-Madonna ddizappuntata wasslitilna messagg iehor li l-ewwel kelmiet tieghu juru car dan in-niket taghha.

 

It-Tieni Messagg - 18 ta' Gunju, 1965

 

Il-Madonna hassitha kbira wisq li kellha tasal li tati messagg bhal dan.  Dan qalitu hija stess fl-ahhar dehra taghha fit-13 ta' Novembru,1965.  In-niket taghha gieghlha twasslilna dan il-messagg permezz ta' San Mikiel u mhux direttament bhas-soltu.  Il-messaggi kif ukoll il-grajja ta' Garabandal qed jigu mxerrda mad-dinja l-aktar permezz tal-hidma mill-lajci.

Espressjoni mill-isbah

Garabandal-Minjiera gdida ta' grazzji

 

Bla dubju, iz-zewg messaggi ghandhom l-ikbar importanza f'din l-istorja.  Izda fil-grajja stess, meta nqisu l-imgieba tal-Madonna minn dak li qalu u ghamlu waqt l-estasi dawk li raw lill-Madonna nsibu ghadd ikbar ta' messaggi sekondarji jew taghlimiet mehtiega f'dawn iz-zminijiet.

Naraw jew nitghallmu :

F'Garabandal hemm potenzjal qawwi ta' qawmien fil-fidi u jekk isir uzu sewwa minn dan ir-rigal gdid tal-Madonna, ghandna nsibu li huwa tabilhaqq minjiera gdida enormi ta' grazzji mill-Hniena t'Alla permezz tal-Vergni Marija u d-difensur tal-Knisja San Mikiel.  Garabandal jipprometti li fih ghad tidher l-aqwa wirja ta' l-indhil ta' Ommna Marija favur taghna u manisfestazzjoni tal-qawwa taghha kontra Satana u l-qerq tieghu fid-dinja.

 

X'inhu Garabandal ?

Dan huwa rahal ckejken migbur wahdu qalb il-muntanji sbieh u mlewna magenb dawk maghrufa bhala l-Picos de Ewropa, in-naha ta' fuq ta' Spanja.  L-isem shih tar-rahal huwa San Sebastian de Garabandal.  Imbieghed xi 57 mil minn Santander, il-kapitali tal-provincja u madwar 2000 pied l-fuq mill-bahar, huwa maghmul minn xi 70 dar mibnija b'hitan tas-sejjieh imgeddsa qaqocca madwar knisja fqira mizmuma tajjeb.   Biex titla' ghallih trid tghaddi minn trejqa wieqfa u dejqa - illum wiesgha - li gejja mill-belt ta' Cosio, erba' mili boghod. 

Fih ma jghixux aktar minn 300 ruh, haddiema tar-raba' f'ambjent kwiet u arja hiemda qalb il-muntanji tal-Cantabria.  Sa tmiem l-1965 la kien hemm tabib tal-post u lanqas qassis.  Il-Kappillan ta' Cosio kien jitla' kull nhar ta' Hadd filghaxija fuq iz-zwiemel biex iqarar u jqaddes.  Dun Valentin Marichalar kien il-Kappillan responsabli minn Garabandal ghal kwazi t-tul kollu taz-zmien tad-dehriet.  Ma ssibx hwienet jew postijiet ta' divertiment fir-rahal u qatt ma gara xejn fih li jisthoqqlu jissemma.

It-tfal tad-dehriet, fl-1961.  Fil-lemin tidher Mari Loli, hdejha Gjacinta, Mari Cruz u fuq ix-xellug Conchita, ulied erba' familji differenti kollha fqar.

Tibda l-Grajja

San Mikiel : Tafu ghalfejn gejt ?"

Imma ghal xi t-tmienja u nofs ta' filghaxija, li kien il-Hadd, it-18 ta' Gunju 1961, erbat itfal bniet li kienu jilghabu fit-tarf tar-rahal semghu tfaqqigha bhal ta' raghda u tfacca quddiemhom anglu b'dawl qawwi madwaru izda li ma jweggax l-ghajnejn.  It-tfal kienu : Conchita (MariaConcetta) Gonzales; Marija Loli (Maria Dolores) Mazon; Gjacinta Gonzales; u Maria Cruz Gonzales.  Minkejja li tlieta mit-tfal ghandhom kunjom l-istess, l-ebda wahda ma tigi mill-ohra mill-qrib.  Mari Cruz kellha hdax-il sena, l-ohrajn tnax u lkoll gejjin minn familji fqar.

L-anglu kien San Mikiel u l-post tad-dehra kien fi sqaq fond u kollu gebel.  Sa l-ahhar tax-xahar l-anglu deher xi ghaxar darbiet fl-istess post.  Fl-ewwel ta' Lulju t-tfal marru bhas-soltu jghidu r-ruzarju fis-sqaq meta fit-tmiem tieghu regghu rawh jitbissem bhas-soltu u kellimhom l-ewwel darba:

"Tafu ghalfejn gejt ? Biex inhabbrilkom li ghada l-Hadd il-Vergni Marija se tidhrilkom bhala l-Madonna tal-Karmnu". 

Dak inhar l-anglu dam saghtejn jithaddet mat-tfal u qabel telaq fakkarhom:

 "Ghada nerga' nigi mal-Vergni Mqaddsa"

Il-blata fejn deher San Mikiel

il-Madonna tal-Karmnu

 

L-ahbar li ser tidher il-Madonna xterdet ma' l-inhawi kollha u fit-2 ta' Lulju r-rahal far bin-nies ta' kull livell tas-socjeta', il-parti l-kbira kienu barranin, fosthom kien hemm tobba u qassisin.  Fis-sitta ta' filghaxija t-tfal marru fil-post tas-soltu u b'ghageb ta' kulhadd dahlu f'estasi.  Wara li spiccat id-dehra, kollhom ferh u tbissim, spjegaw li raw lill-Madonna bejn zewg angli, wiehed minnhom San Mikiel u l-iehor jixbhu f'kollox.

Il-Madonna ta' Garabandal

It-tfal iddeskrivew id-dehra hekk :

"Il-Vergni Mbierka kienet liebsa libsa bajda, mantell ikhal u madwar rasha kuruna ta' kwiekeb zghar tad-deheb.  Riglejha ma jidhrux  u jdejha miftuha 'l barra u bil-Labtu fuq il-polz tal-lemin.  Xaharha twil u qastni mifruq min-nofs.  Wiccha tawwali u mnieher mislut.  Fommha sabih wisq u lehenha melodjuz.  Ma hemm l-ebda mara tixbah lill-Vergni f'lehenha jew f'xi haga ohra.  Ix-xahar twil sa qaddha kultant itir mar-rih; tidher li ghandha mat-tmintax-il sena."

It-tfal tkellmu bl-aktar mod naturali mal-Vergni.  Huma qalu hekk:  "Kellimniha fuq il-facendi tad-dar u kif konna nigru fl-ghelieqi nigbru l-haxix u naghmluh qatghet kif ukoll kellimniha fuq kemm nismaru bix-xemx u l-Madonna kienet titbissem tisma' l-ftietaq li nghidulha." 

Huma kienu jghidu r-Ruzarju waqt li jharsu lejha u hija kienet tghidu maghhom sakemm ghalmithom jghiduh bil-mod u sewwa.

 

Aktar Dehriet

 

Din l-ewwel dehra kienet il-bidu ta' hafna ohrajn.  Matul l-1961 u l-1962 il-Madonna dehret hafna drabi kull gimgha u kultant darbtejn u aktar f'jum wiehed.  Id-dehriet mhux dejjem rawhom l-erbat itfal flimkien; Xi drabi wahda, f'ohrajn tnejn jew tlieta biss mit-tfal raw il-Madonna.  Il-hin lanqas ma kien dejjem l-istess.  Id-dehriet graw matul l-erba' u ghoxrin siegha tal-gurnata, lejl u nhar.  It-tul tad-dehriet ivarja wkoll minn ftit minuti sa sighat twal.  Minkejja dan kollu t-tfal xorta wahda kienu jqumu kmieni filghodu biex jahdmu fl-ghelieqi jew jaghmlu x-xoghol li jtuhom il-genituri bhal hsieb tal-baqar u n-naghag, minghajr ma qatt urew sinjal ta' ghejja.

 

L-Estasi

Waqt li jaraw il-Madonna t-tfal kienu jkunu f'estasi; ma jaraw xejn madwarhom hlief lit-tfal l-ohra biss li jkunu bhalhom fl-estasi; ma jhossu xejn; wicchom kien jisbieh bi hlewwa barranija u gisimhom ileqq bhal bid-dawl minn gewwa.  Il-hin tad-dehra, minkejja li kien ikun twil , kienu jarawh qasir; iharsu 'l fuq b'rashom mitfugha lura hafna; kwazi dejjem jitbissmu, xi drabi jidhqu u drabi ohra juru serjeta' jew jibku skond dak li tkun tghidilhom id-dehra.  Il-movimenti taghhom flimkien, bhal meta jroddu s-salib ghal hafna drabi, jew jghidu t-talb u jwiegbu ghal xi mistoqsijiet tad-dehra.

Qatt ma wrew sinjali ta' gheja waqt l-estasi minkejja l-qaghdiet xejn komdi, gharkubbtejhom fuq il-blat jew gebel, f'jiem keshin tax-xitwa, hafjin, saqajhom fis-silg u minghajr ilquh iehor biex jilqa' l-bard.  Fi tmiem l-estasi kienu jirritornaw minnufih ghall-istat normali ferhana, minghajr ebda sinjal ta' nervi jew ecitament. 

Conchita f'estasi.  Sa mill-bidu tad-dehriet din it-tifla inghatat ftit aktar importanza.

Waqt l-estasi hadd u xejn ma kien igibhom ghall-istat normali, la tniggiz, la swat, la hruq u lanqas id-dwal qawwija mitfugha fuq wicchom ma kien igeghelhom ipetptu ghajnejhom.  F'cirkustanzi normali dwal ta' dik il-qawwa kienu bizzejjed biex jaharqulhom ir-retina ta' l-ghajnejn u jaghmuhom ghal dejjem.  Malli tidhrilhom il-Madonna kienu jintefghu b'tisbita tal-biza' gharkubbtejhom, tant li l-hoss kien igieghel lin-nies jahsbu li t-tfal korrew izda meta jezaminawhom wara l-estasi ma kinux isibulhom griehi jew brix.

 

Fenomeni godda

 

Ftit wara li bdew l-ewwel dehriet, tfaccaw fenomeni ohra.  Waqt l-estasi t-tfal bdew jimxu minn post ghall-iehor fejn kienet tehodhom il-Madonna.  Kienet tehodhom il-knisja, ic-cimiterju, fuq l-gholja hdejn is-sigar tal-prinjol, fid-djar tal-morda u ghaddiethom kwazi mill-passaggi u t-toroq kollha tar-rahal, hafna drabi waqt li jghidu r-ruzarju u jkunu akkumpanjati minn folla nies.  Kultant il-mixi kien isir b'heffa tant kbira li hafna nies kienu jibqghu lura hafna u xhieda ohra jlahhqu maghhom bi tbatija.  Meta dan il-mixi kien isir bil-lejl, xi xhieda kienu jitilfu xi oggetti bhal kuruni, domni jew slaleb tal-Kuruni;  meta jisbah, filghodu kienu jaghmlu hafna tfittix ghalxejn, it-tfal jistaqsu 'l Madonna fid-dehriet ta' wara fejn huma l-oggetti mitlufa u mbaghad imorru jigbru l-oggetti minn taht il-gebel u t-tajn jew qalb il-haxix.

Il-mixi waqt l-estasi gieli sar b'lura minghajr qatt ma tfixxklu fuq il-gebel u art imhaffra.  Fenomenu iehor kien it-tliet sejhat li jircievu t-tfal qabel id-dehriet.  Din is-sejha kienet bhal tqanqil ta' ferh intern jew ecitament misterjuz li jsejhilhom.  L-ewwel sejha tkun hafifa; xi nofs siegha wara tigi t-tieni sejha aktar qawwija u ma' din is-sejha jibdew mexjin lejn il-post li tkun ghazlet il-Madonna ghad-dehra.  Ftit minuti wara jircievu t-tielet sejha meta t-tfal li se jaraw  id-dehra jkunu ltaqghu, din taghmilhom ferhana u ecitati sakemm jaraw id-dehra u jintilfu fl-estasi

Xi drabi l-Madonna kienet iggib maghha t-tarbija Gesu' fuq dirghajha u t-tfal kienu joqghodu jilghabu mieghu billi jahbulu c-caghaq f'xaharhom biex jarawh jidhaq.  In-nies kienu josservaw it-tfal waqt li  dawn kienu jilghabu mat-tarbija u jixhdu li l-mossi taghhom u l-espressjoni ta' wicchom tikkorrespondi mal-loghba li kienu jaghmlu.  Hekk ukoll meta l-Madonna kienet tqieghed it-tarbija f'idejn it-tfal, in-nies setghu josservaw il-pozizzjoni u l-mossi ta' jdejhom jikkorrespondu ma' din l-azzjoni.

 

In-nies jiehdu sehem

Mijiet ta' nies jistennew id-dehra

Dawk li kienu jmorru Garabandal biex jaraw it-tfal fl-estasi kienu jhallu l-kuruni, domni u oggetti religjuzi f'idejn it-tfal biex meta jkollhom dehra jnewluhom lill-Madonna biex tbushom.  Hafna drabi wara li l-Madonna tbus l-oggett, kienet tidderiegi lit-tfal u jghaddu minn qalb il-folla sakemm jaslu ghand sid l-oggett u minghajr ma jaqilghu ghajnejhom minn fuq il-Madonna iqeghdu l-kuruna  jew gizirana f'ghonq sidha.  Ghad li kien ikollhom numru kbir ta' oggetti tan-nies qatt ma gara li hawdu l-oggetti ta' wiehed ma' ta' l-iehor.

Fuq il-lemin, Mari Loli tlibbes ic-curkett li biset il-Madonna lill-sidu. Fuq ix-xellug, Mari Loli tipprezenta oggetti lill-Madonna biex tbushom.

Ic-crieket tat-tieg il-Madonna kienet tbushom ukoll u t-tfal kienu jqeghduhom fis-sebgha ta' sidhom waqt li jkunu fl-estasi.  Ta' spiss it-tfal kienu jiehdu maghhom kurcifiss u wara li tbusu l-Madonna , hija kienet tordnalhom biex iqeghduh ma' xufftejn dawk ta' madwarhom biex ibusuh.  Hafna jixhdu li kienu jgarrbu tqanqil f'ruhhom u drabi jaqbzilhom id-dmugh meta jilmhu t-tfal resqin lejhom fl-estasi  mmxexxijin mill-Madonna biex huma wkoll ibusuh.  it-tfal kienu jaghmlu s-sinjal tas-salib bil-kurcifiss fuq il-persuna li tindikalhom il-Madonna u mbaghad iqeghdu l-kurcifiss ma' xofftejn il-persuna biex tbusu.

 

L-istorja tal-Messagg

 

Meta kien jidher San Mikiel, qabel ma bdiet tidher il-Madonna, l-anglu kien igib tabella taht riglejh b'xi kliem miktub fuqha.  It-tfal li aktar kien jinteressahom il-gmiel ta' l-anglu, qatt ma fehmu l-kliem ta' fuq it-tabella.

It-tielet darba li t-tfal raw il-Madonna kien fl-4 ta' Lulju 1961 meta sar dan id-djalogu bejn id-dehra u t-tfal:

"Tafu xi jfisser il-kliem li kien hemm taht l-anglu ?"

"Le, ma nafux", wiegbu flimkien.

"Kien fih messagg li jiena sejra naghtikom nhar it-tmintax ta' Ottubru".

Imbaghad qaltilhom:

"Huwa dan li se nghidilkom: Ghandna bzonn naghmlu hafna sagrificcji u hafna penitenza u nzuru ta' spiss lil Gesu' fl-Ewkaristija; 'Imma qabel xejn ghandna nkunu tajbin u jekk dan ma naghmluhx se nigu kkastigati; 'Il-Kalci qieghed jimtela' u jekk ma nibdlux hajjitna, kastig kbir hafna se jigi fuqna".

Fid-dehriet ta' wara l-Vergni qaghdet tispjegalhom xi jfisser il-messagg u kif ghandhom jaghmlu biex ihabbruh lill-pubbliku fil-gurnata li ghazlet hi.  L-ahbar li f'Ottubru se jixxandar messagg tal-Madonna, inxterdet hafna. Sakemm wasal Ottubru, inhatret kummisjoni mill-Amministratur Appostoliku ta' Santander biex tinvestiga l-grajjiet u billi nhar l-Erbgha t-18 ta' Ottubru kienet ix-xita u kien hemm hafna nies barranin fir-rahal, il-Kummisjoni ghamlet xi tibdil fil-pjan li ghamlet id-dehra ghax-xandir tal-messagg, u t-tfal obdew.

Il-Messagg

Minflok barra l-bieb tal-knisja l-messagg inqara fuq l-gholja hdejn is-sigar tal-prinjol fl-ghaxra ta' bil-lejl.  Fid-dawl zghir ta' torca tal-but, wahda mit-tfal harget bicca karta ffirmata minnhom l-erba' u l-ewwel qraha ghalih wahdu l-kappillan Don Valentin, ghax hadd ma semghu; imbaghad qrawh it-tfal izda ma nstemghux minn kulhadd.  Fl-ahhar, wiehed ragel li kien qrib qrah b'mod li kulhadd fehem.

Kienu hafna dawk li ddizappuntaw ruhhom ghax stennew xi miraklu jew almenu jithabbar xi wiehed.  Terga' il-messagg ma kien hemm  xejn straordinarju jew spettakolari kif stennew  xi whud.

L-ghemejjel ta' Alla huma dejjem semplici u elementari u dawn il-kwalitajiet jikkonfondu lill-imkabbrin f'qalbhom u jfixklu lil min ikollu xi sentimenti tad-dinja fil-granet taghna. Il-Madonna qaltilna x'ghandna naghmlu u x'jigrilna jekk ma nghixux tajjeb.  Hi fakkritna li dak li ahna nibzghu naghmlu, jigifieri l-penitenza u s-sagrificcju huwa bzonn li ma nistghux nghaddu minghajru.  Biex ma jbezzghuniex dawn iz-zewg kelmiet u biex jirnexxielna  nobdu l-messagg, tajjeb li niftakru dak li spjegat Lucija ta' Fatima.  Hija qalet li hafna jifhmu hazin il-kelma penitenza ghax jahsbu li tfisser xi tbatija harxa u billi huma jhossuhom dghajfin, jintelqu f'hajja bierda.  U s-sagrificcju li l-Mulej jitlob minna, kompliet tghid Lucija, huwa dak li naghmlu sewwa l-hidmiet taghna ta' kuljum, u nosservaw il-ligi t'Alla li fiha bizzejjed sagrificcji.

Ghalhekk irridu niehdu hsieb li kull fighodu noffru lil Alla t-tbatija tal-jum li jkun gej fuqna mqar b'zewg kelmiet: "Kolox ghalik. O Gesu".  Ommna Marija wrietna li din hi l-medicina  li ghandna bzonn; li noqghodu ghas-sagrificcju mehtieg biex ma ncedux ghad-dnub u li noffru t-tbatija li tigi fuqna matul il-jum bhala penitenza ghall-htijiet.

 

Grazzji, Fejqan u Konverzjonijiet

 

L-uzanza tan-nies li jipprezentaw oggetti religjuzi lill-Madonna permezz tat-tfal biex il-Vergni tbushom bdiet hekk:  Ic-caghaq li t-tfal kienu jigbru mill-art waqt xi dehriet biex jilghabu bihom mat-tarbija Gesu', il-Madonna kienet tehodhom f'idejha, tbushom u tghid lit-tfal biex jaghtuh lin-nies ta' madwarhom.  Meta dawn ix-xhieda saru jafu li dak ic-caghaq bisitu l-Madonna, bdew igibu l-oggetti religjuzi ghal din il-qima mill-Madonna, li hija grazzja li ma kienx ta' min jitlifha.

Il-Madonna kienet tghid lit-tfal, illi binha ghad jaghmel ghegubijiet kbar permezz ta' dawn l-oggetti li hija tbus.  U kompliet tghid il-Vergni Mbierka, li dawk li jilbsuhom bil-fidi u bil-kunfidenza fiha, jaghmlu l-purgatorju taghhom f'din id-dinja.  Il-grazzji li nqalghu u l-fejqan ta' malajr li graw permezz ta' dawn l-oggetti huwa kbir hafna. 

Zwigijiet imhassra gew irrangati; koppji bla tfal isiru genituri; fejqan minn kancer, min lukemja; minn paralizi; fejqan ta' vittmi tad-droga; vittmi tat-traffiku ! ecc.  Insemmu biss ezempju jew tnejn min dawk il-mijiet li gew dokumentati.

 

Il-Miraklu ta' l-Ostja

 

Meta bdiet tidher il-Madonna f'Garabandal, l-anglu San Mikiel kompla jidher lit-tfal spiss, u biex jghallimhom jitqarbnu sewwa kien igib mieghu ostji mhux ikkonsagrati.  Imbaghad gurnata wahda qalilhom biex filghodu kmieni jmorru fuq l-gholja hdejn is-sigar tal-prinjol qabel ma jieklu xejn.

Hemmhekk dehrilhom l-anglu li kellu f'idejh pissidi qisu tad-deheb u qalilhom:"Sejjer inqarbinkom, imma din id-darba l-ostji huma kkonsagrati.  Ghidu,'Nistqarr 'l Alla..", u "Ahsbu f'dak li tircievu".  Wara li qarbinhom qalilhom, "Issa rringrazzjaw 'l Alla", u ftit wara qalu mieghu t-talba,"Ruh ta' Kristu qaddisni".

Meta in-nies semghu b'din it-tqarbina, x'uhud ma emmnux ghax qalu li l-angli ma jistghux jikkonsagraw.  L-ghada meta gie l-anglu biex iqarbinhom qalulu b'dan u wegibhom li hu kien igib l-ostji kkonsagrati mit-tabernakli madwar id-dinja.  Kien iqarbinhom kuljum minbarra f'dawk il-granet li kien jigi xi sacerdot biex iqaddes fil-knisja tar-rahal.

Ritratt awtentiku tal-miraklu ta' l-ostja

Barra l-hafna ritratti, x'uhud minn dawn  it-tqarbiniet gew iffilmjati bi dwal qawwija.  F'dan it-tqarbin mill-anglu, n-nies kienu jaraw lit-tfal fl-estasi jinzlu gharkubbtejhom, jitolbu, jiehdu qaghda ta' min ikun se jitqarben, johorgu lsienhom u jibilghu xi haga, imma qatt ma raw l-ostja, hlief meta sar, "il-miraklu z-zghir".

It-tfal kienu ilhom jitolbu 'l-Madonna u lill-anglu biex jaghmlu xi miraklu halli n-nies jemmnu f'dawk id-dehriet.  Fit-22 ta' Gunju 1962, l-anglu habbar lil Conchita li sejjer isir il-miraklu li talbu u meta staqsietu x'sejjer ikun il-miraklu, qalilha, "Meta nqarbnek, l-ostja se tkun tidher min-nies fuq ilsienek".  It-tifla qaghdet tahseb ftit, imbaghad qaltlu: "Mela meta tqarbinni inti, huma mhux qed jarawha l-ostja ?"

"In-nies ta' madwarek ma jarawhiex l-ostja, imma meta jsir il-miraklu huma jarawha", wegibha.  "Imma dan huwa miraklu zghir" qaltlu t-tifla.  L-Anglu beda jidhaq u halliha.  Minn hmistax-il gurnata qabel, jigifieri mit-3 ta' Lulju, Conchita bdiet thabbar lin-nies  dan il-miraklu li kellu jsir fit-18 ta' Lulju, 1962, kif qalulha l-anglu u l-Vergni Mbierka.  Dak in-nhar it-toroq tar-rahal kienu kollha mimlija nies jistennew matul il-gurnata kollha biex jaraw x'se jigri.  Meta beda jidlam, hafna kienu qed jithassbu ghax kien se jkun tard ghalihom.

Fid-dar ta' Conchita kien hemm hafna mistednin li kultant kienu jistaqsu xi haga lit-tifla biex jaraw kienitx zgura minn dak li habbret.  Din kollha kalma u fiducja ma wriet l-ebda  sinjal ta' dubju jew ta' nkwiet,"ghax la l-Vergni u lanqas l-anglu ma kienu qatt qalu xi haga li ma sehhitx".

Fl-10 ta' bil-lejl kellha l-ewwel sejha u f'nofs  il-lejl irceviet it-tieni sejha.  Fis-saghtejn ta' bil-lejl intilfet f'estasi u b'rasha mitfugha lura harget mill-kamra, nizlet it-tarag u mxiet fit-triq minn qalb il-folla li kemm kemm hallewha ticcaqlaq, daret kantuniera u f'nofs ta' triq waqghet gharkubbtejha.

Wara dehret tohrog ilsienha li kif setghu jaraw in-nies ma kien hemm xejn fuqu sakemm f'daqqa wahda ostja bajda dehret fuq ilsienha u damet f'din il-pozizzjoni maz-zewg minuti.  Alejandro Damiens minn Barcellona li sab ruhu  hdejha, irnexxielu jigbed bicca film 'movie'  fl-ahhar sekondi tal-miraklu b'kamera mislufa lilu ghall-okkazjoni li kemm kemm kien jaf ihaddimha.  Il-fatt ta' dan il-miraklu jixhduh hafna nies  li wara li semghu l-profezija tieghu, qaghdu  ssagrifikati 'l boghod minn djarhom biex jaraw it-tmiem ta' l-istorja. Benjamin Gomez, bidwi minn Pontez xehed hekk bil-kitba:  "Kont wieqaf inqas minn tul ta' driegh boghod mit-tifla.  Jiena stajt nara sewwa li fuq ilsienha ma kien hemm xejn.  It-tifla ma tharrkitx.  F'daqqa wahda  dehret fuq ilsienha l-Ostja Mqaddsa.  Kienet bajda u tilma.  Tfakkrek meta r-raggi tax-xemx jaqghu fuq is-silg.

Wicc it-tifla nbidel fi gmiel ta' estasi tas-sema... Hija laqghet l-ostja f'din il-qaghda rigida.  Kellna l-hin kollu biex nistghu nikkontemplaw dan l-ghageb meraviljuz bla ghaggla ta xejn.  Jien ma kontx dak it-tip ta' nisrani li nbati bil-fantasija jew l-immaginazzjoni.  Ma kontx inhabbel rasi fuq Alla hlief biex  noffendieh.  L-ahhar li kont qerrejt kien f'April, imma qabel kont ilni ma nqerr 23 sena!"

Dan il-miraklu ta' l-ostja kien tassew  konferma tad-dehriet tal-Madonna u ta' l-ezistenza tal-messagg li hija wasslet fid-dinja.  Izda,  miraklu hafna ikbar minn dan gie mwieghed, li ghad jikkonferma b'mod aktar car u sollenni l-grajja kollha ta' Garabandal.  Id-dehriet tal-Madonna u ta' l-anglu saru kif ghedna fil-bidu lill-erbat itfal.  Izda l-grajjiet  urew mill-bidu nett lil Conchita bhala tifla  l-aktar importanti fosthom l-erba'.  Hija kitbet  il-grajjiet f'ghamla ta' djarju, li nsibuh maqlub  fl-Ingliz u kkumentat minn Rev. Fr. Joseph  A.  Pelletier, A.A fil-ktieb tieghu, "Our Lady  Come to Garabandal".  F'dan id-djarju Conchita titkellem minn miraklu u profeziji ohra  li ghad iridu jsiru f'Garabandal biex Alla  l-Imbierek jikkonferma b'mod aktar kbir eghmil idejh f'dawn il-grajjiet, halli kullhadd jemmen fid-dehriet u nobdu lkoll il-Messagg.  (Ara  f'din il-website 'Profeziji li ghad iridu jsehhu').

 

Il-Madonna ghexet f'Garabandal

 

Wara li l-Madonna tat il-messagg taghha lid-dinja bil-publikazzjoni tieghu nhar it-18 ta' Ottubru 1961, hija ma temmitx iz-zjarat taghha.  Ghall-kuntrarju hija kienet izzur lit-tfal kwazi kuljum, u mhux darba giet erba' u hames darbiet f'gurnata wahda.  Ghal madwar sena u nofs il-Madonna nistghu nghidu li ghexet f'Garabandal ghax hafna mid-dehriet kienu jdumu sighat.

Fid-19 ta' Awissu 1961, wahda mid-dehriet bdiet fid-9 ta'  filghaxija u spiccat l-ghada fis-7 ta' filghodu, ghaxar sighat shah.  Matul il-hin tad-dehriet, li huma kienu jarawh dejjem qasir, it-tfal kienu, jitkellmu fuq  hwejjeg semplici mal-Madonna, jitolbu maghha, jigu mghallma minnha, ikantaw, jimxu maghha u kultant ukoll jilghabu fil-prezenza taghha.  Fil-lejl ta' l-24 u l-25 ta' Marzu 1962 wara nofs il-lejl, tlieta mit-tfal hargu minn djarhom f'estasi, marru l-knisja jitolbu ftit u mbaghad qaghdu jduru mat-toroq ikantaw ir-Ruzarju u innijiet tal-Madonna, minn kulfejn jghaddu jqumu n-nies u jinghaqdu maghhom f'festa spontanja - kien sbieh il-festa tal-Inkarnazzjoni, il-Lunzjata.  Dejjem bi stejjer u grajjiet godda u kultant xi fenomenu gdid bhal meta n-nies raw nar fis-shab.  "F'dak nigi jien', qalet il-Madonna lit-tfal meta staqsewha x'kien.  Id-dehriet ta' Garabandal ma spiccawx max-xandir tal-messagg.  X'ifisser dan kollu ? Wiehed jista' josserva, illi waqt li l-messagg kien, jew kellu jinxtered u jasal fejn kellu jasal dawk li semghu bih kellhom kull opportunita' li jaslu wasla sal-post minn fejn hareg u jaraw b'ghajnejhom il-mirakli - il-konferma t'Alla - l-estasi tat-tfal, ghax l-estasi huwa haga tas-sema, hu miraklu fih innifsu.

Dan forsi jispjega ghaliex kien hemm ma' l-elfejn dehra f'dan ir-rahal.  Waqt li kienet issir din il-manifestazzjoni ghal zmien twil, il-bnedmin setghu jaraw l-id t'Alla fil-messagg imxandar, il-verita u s-serjeta' tal-grajja u jmiddu ghax-xoghol ordnat mill-Madonna - li jwasslu l-messagg lil kulhadd.  Imma kienu l-bnedmin mohhom fil-hwejjeg tas-sema ?

Minn dak li gara, donnu jidher li l-insara ma jarawx possibli li Alla jista' juri ruhu b'xi mod iehor, x'hin u meta jrid; li fl-istituzzjoni nisranija ma tezistix il-possibilta' li kazi bhal  dawn jigu mistharrga b'efficjenza biex fil-messaggi mis-sema Alla l-Imbierek jigi moqdi mill-istituzzjoni fl-interess tar-razza umana kollha. Jekk dan  huwa minnu, wiehed jifhem ghaliex it-twissija tal-biza' sejra ssir minn Alla stess, la darba l-bniedem bil-komunikazzjonijiet kollha li ghandu, mhuwiex jaqdih.

Ghaddew ix-xhur u ghaddew is-snin u l-Madonna giet iddizappuntata.  Fil-Kuncizzjoni tal-1964, il-festa ta' isem Conchita, meta kull sena kienet tigi l-Madonna tifirhilha, din  id-darba kellha lokuzzjoni flok dehra mill-Madonna.

Lokuzzjoni hija ghamla  ohra ta' rivelazzjoni aqwa minn dehra.  Hija thoss lill-Madonna u tismaghha tkellimha minn go fiha stess.  Jigifieri tisma l-lehen fil-qalb u mhux f'widnejha.  It-tfal garrbu ghadd ta' lokuzzjonijiet, xi drabi minn Kristu wkoll.  Fit-8 ta' Dicembru l-Madonna qaltilha li fit-18 ta' Gunju tas-sena  ta' wara, sewwa sew fir-raba' anniversarju, hija se jkollha dehra ohra minn San Mikiel.

Fl-ewwel tas-sena 1965, waqt li kienet titlob hdejn il-prinjol Conchita rat lill-Madonna  u qaltilha li l-anglu se jerga' jigi f'Gunju biex  jaghtiha messagg gdid taghha, ghaliex l-ewwel messagg (tat-18/10/1961) ma giex milqugh.  Conchita li issa kellha 16-il sena u kienet ilha  tlettax-il xahar ma tara l-Vergni, osservat li  l-Madonna xejn ma kibret, imma baqghet tidher ta' 18-il sena !

 

Il-Grajja tat-Tieni Messagg

 

Minhabba li kienet ilha aktar minn sitt xhur imhabbra, kien hemm numru kbir ta' nies l-aktar minn barra l-pajjiz f'Garabandal ghal din id-dehra fit-18 ta' Gunju 1965.  Matul il-gurnata kollha kien hemm folol jghidu r-ruzarju bl-Ingliz, Franciz, Taljan, Germaniz ecc.  Fost dawk migbura quddiem id-dar ta' Conchita, min kien bil-wieqfa, min kien gharkubbtejh jitlob u min ikanta innijiet lill-Madonna.  Il-hbieb li kienu fid-dar ta' Conchita, kienu mpressjonati bil-kalma u l-ferh taghha.

Fl-ghaxra ta' bil-lejl hija baghtet lin-nies fil-"calleja", is-sqaq fond kollu gebel ta' l-ewwel dehra.  Il-hbieb hadu hsieb li javzaw f'diversi lingwi li d-dehra se ssir ftit tal-hin iehor f'dak il-post.  F'mument wiehed hija hadet bixra serja, harset lejn l-arlogg u qalet, "Il-hdax u nofs, ejjew immorru".

Imdawwra b'hutha subien, bil-hbieb, xi rgiel zghazagh tar-rahal u l-pulizija hija mxiet lejn il-post ta' l-ewwel dehra.  Wara kien hemm aktar nies li kienu maghha d-dar.  F'daqqa wahda bdiet tigri u halliet hafna minn dawk li kienu jharsuha wara u fil-post ta' l-ewwel dehra waqghet gharkubbtejha f'estasi.

Dwal qawwija gew iffokati fuqha.  Matul l-ghoxrin minuta tad-dehra, il-kumpanija Spanjola NODO u t-televixin Taljan iffilmjaw  il-grajja.  L-agenzija tal-ahbarijiet Spanjola tippossedi film ta' hdax-il minuta ta'  din il-grajja tajjeb hafna u dawk li rawh privatament f'Madrid jghidu li hu nteressanti hafna.

Meta harget mill-estasi, Conchita malajr ghattiet ghajnejha minhabba d-dwal u b'diffikulta' kbira ghaddiet mill-folla lejn id-dar.  Gie nnotat wara, li f'dik ir-rassa ta' nies ghalkemm waqghu xi whud hadd ma gie rrappurtat li wegga.  Osservaw ukoll il-ferh li mela  l-kulhadd wara d-dehra u l-ispirtu ta' hbiberija li deher fost nies li qatt qabel ma kienu raw lil xulxin.  Sar maghruf li Conchita rceviet messagg u kienet sejra taghtih l-ghada bil-miktub kif qalilha l-anglu.

Tard filghodu,wara li giet mill-quddiesa hija  tat il-messagg b'idejha fuq bicca karta komuni.  Dan gie moqri minn diversi sacerdoti bl-ingwi differenti minn fuq l-ghatba tal-bieb tad-dar ta' Conchita, waqt li hafna kienu jiktbu, jittraducu, jikkoregu l-izbalji, jqabblu bejniethom u jiddiskutu l-ghazla korretta tal-kliem biex jittrazmettu fedelment il-messagg kemm jista' jkun ezatt.

Mill-kliem tat-tieni messagg, kulhadd jista' jara car daqskemm jista' jkun, id-dizappuntament li hasset Ommna Marija, ghall-mod biered u bla fidi li bih ahna, wliedna, ilqajna l-messagg u l-ordni jew l-parir taghha tat-18 ta' Ottubru,1961.  Hija qaghdet tigi mis-sema mhux ghal qliegh jew bzonn taghha imma biex isservi l-istess interessi u bzonnijiet taghna.

Marija Santissma wriet it-thassib taghha ta' omm li thoss ghall-qassisin taghna u wrietna l-bzonn li nqeghdu l-Ewkaristija Mqaddsa fejn ghandha tkun jigifieri fic-centru tal-misteri tal-fidi taghna.  Bhall-messaggi awtentici kollha, mibghuta lill-bnedmin fid-dinja kollha , iz-zewg messaggi ta' Garabandal huma mwassla bi kliem semplici li jifhmu kulhadd.  Hekk ukoll kienu l-messaggi ta' Lourdes u Fatima.

Il-Qaddisa Ommna qaltilna li dan huwa l-Ahhar messagg taghha-kelma ta' min jirriflettiha.  Minhabba f'hekk hija trid 'l uliedha kollha jisimghu s-sejha taghha qabel tigi t-twissija u qabel ma jsir il-miraklu mwieghed.  Issa li ghaddew is-snin din saret hafna aktar urgenti.  Ghar-raguni li hija x-xewqa tal-Madonna li kulhadd ikun avzat bil-kelma taghha, ahna ghandna nxerrdu dan il-messagg urgenti kulfejn huwa possibli ghalina.  Ahna, in-nies ta' dawn  il-gzejjer u dawk li jigu minna mxerrda mad-dinja ma ghandniex inhallu lil hbiebna u lil niesna sajmin ghal kollox mill-kelma herqana tal-Madonna.  Ma ghandniex 'il quddiem insofru l-ghajb li ttarraxna u mmutajna ghas-sejhat ta' min qed ifittex l-interessi taghna, Ommna tas-sema, l-aktar meta niftakru kemm il-Madonna semghet is-sejhat taghna fl-imghoddi, meta mbikkija u fil-bzonn ersaqna ghandha ghall-farag.

Devoti tal-Madonna, issa hu l-waqt li b'mod jew iehor turu l-grad ta' l-imhabba li ghandkom lejha.  Isimghu x'qalet u xi trid minna, aghrblu x-xhieda ta' din il-grajja u hudu fuq spallejkom il-piz tad-decizjoni taghkom quddiem din l-istorja.  Devoti ohrajn f'pajjizi ohra ilhom jaghmlu dan ix-xoghol tal-Madonna wara li fethu ghajnejhom fuq is-serjeta' tax-xhieda ta' din il-grajja.

Skultura ta' gmiel kbir 

Messaggi privati

 

Minbarra dawn iz-zewg messaggi principali, il-Vergni Mbierka tatna messaggi ohra b'mod indirett kif spjegajna fil-bidu.  Hekk, per ezempju, bil-bews ta' oggetti bhal kuruni u kurcifissi tatna l-messagg biex nghidu r-ruzarju u nzommu kurcifiss fi djarna.  Bil-bews tac-crieket tat-tieg urietna l-qdusija taz-zwieg.  Messagg biex naharbu l-frugha u l-lussu zejjed tatulna bic-cahda taghha li ma accettatx li tbus crieket ohra u oggetti sempliciment ornamentali.  It-talb ghall-mejtin irrakkomandatu bil-vizti taghha fic-cimiterju.  L-imhabba lejn il-bnedmin f'xi bzonn urithielna meta hadet maghha lit-tfal fl-estasi fid-djar tal-morda, ecc.  Aktar ma nistudjaw dawn il-grajjiet aktar insibu minn dawn il-messaggi ndiretti.

Imbaghad kien hemm ukoll mill-Madonna ghadd kbir ta' messaggi ohra ta' natura privata u personali lil certi nies li kienu jmorru fir-rahal tad-dehriet.  Xi messaggi kienu kliem ta' konfort u kuragg lin-nies li jmorru ghandha b'xi problemi permezz tat-tfal.  Ohrajn kienu stqarrijiet minnha, ta' hsibijiet mohbija jew azzjonijiet ta' dawk li marru hemm, x'uhud qassisin li jiddubitaw.   Insemmu biss xi kazi bhala ezempji ta' dawn il-messaggi privati.

 

 

 

 

Grupp ta' Spanjoli darba staqsew lil San Piju tal-Pjagi, jekk dak li kien qed jigri f'Garabandal kienx veru.  San Piju wegibhom: "Ghadkom tistaqsu fuq hekk ? Kemm triduha ddum tidher hemm biex temmnu ? Ilha ga tmien xhur tidher hemm fuq"

 

L-Ahhar Dehra tal-Madonna

 

Fit-13 ta' Novembru 1965, Conchita kellha l-ahhar dehra mill-Madonna.  Id-dettalji ta' din id-dehra nsibuhom f'ittra li hija kitbet u li minhabba s-sbuhija u l-importanza taghha ngibu traduzzjoni ta' parti kbira minnha.

"Il-Vergni Mbierka kienet habbritli waqt lokuzzjoni gewwa l-knisja, illi jiena kelli nerga' naraha hdejn is-sigar tal-prinjol nhar it-tlettax ta' Novembru.  Din kellha tkun dehra specjali biex tbus hafna oggetti li wara nqassamhom.  Kont xewqana hafna li tasal il-gurnata biex inkun nista' nerga nara l-Vergni Mbierka u t-tarbija Gesu' li gabuli f'hajti l-ferh tal-Mulej.

"Kienet ix-xita, izda ma ddejjaqtx immur hdejn is-sigar ingorr 'il hafna kuruni li tawni n-nies biex inqassamhom...Waqt li kont tiela' bdejt nitkellem wahdi, hassejtni ddispjacuta ghad-difetti tieghi u xtaqt li qatt aktar ma nerga' naqa fihom, ghax hassejtni nkwetata nidher quddiem Omm il-Mulej minghajr ma nkun ghadni hlist minnhom.

"Meta wasalt hdejn il-prinjol bdejt nohrog il-kuruni u filwaqt smajt lehen helu, dak tal-Vergni li dejjem jingharaf mill-ohrajn kollha, isejjahli b'ismi.  Jien irrispondejt, 'Xi trid? u  dak il-hin rajtha bit-tarbija Gesu' fuq idejha.  Kienet liebsa bhas-soltu u titbissem.

"Ghidtilha, 'Gibtlek il-kuruni tar-Ruzarju biex tbushom' u hi rrispondiet, 'Qed narahom jien'.  Kelli f'halqi bicca chewing gum, izda malli dehritli ma komplejtx nomghoda u wahhalta ma darsa.  Izda hija ndunat biha u qaltli, 'Ghaliex ma tniehhix dak ic-chewing gum u toffrih sagrificcju ghal-glorja ta' Ibni? Jiena misthija, hrigtha u armejtha.

"Imbaghad qaltli, 'Tiftakar x''ghidtlek  fil-festa tal-Qaddisa ta' ismek, -li inti ghad issofri hafna f'din id-dinja...Illum nerga' nghidlek l-istess.  Inti afda fina u offri kollox  bil-ferh lill-qlub taghna ghall-gid ta' hutek.  B'hekk inti thoss kemm ahna qrib tieghek'.  Jien ghidtilha,'Kemm ma jisthoqqlix, O Omm taghna, ghal hafna grazzji li rcevejt permezz tieghek, u issa inti gejt biex tghinni ngorr is-salib zghir tieghi".

"Hija qaltli, Conchita, jiena ma gejtx ghalik biss, imma qed nigi ghal uliedi kollha,  bix-xewqa li nigbidhom aktar qrib il-qlub taghna'. "Imbaghad hija talbitni l-oggetti kollha li hadt mieghi. 'Aghtihomli halli nbus kulma gibt mieghek', u tajtha kollox.  Mieghi gibt  ukoll kurcifiss zghir u tajtulha biex tbusu wkoll.  Hija bisitu u qaltli biex inqeghdu f'idejn it-tfajjel Gesu'.  Tajtulu, u ma qal xejn. Ghidtilha, 'Dal-kurcifiss sejra niehdu mieghi meta nidhol il-kunvent', izda hija ma wiegbet xejn.  Wara li bieset kollox hija qaltli, 'Permezz ta' din il-bewsa li tajt fuq dawn l-oggetti, ibni jaghmel ghegubijiet, qassamhom lill-ohrajn'.  

Zgur li nqassamhom.

"Wara dan kollu hija talbitni nghidilha kulma n-nies qaluli biex nitlobha jew inwasslilha.  Qaltli,'Conchita ghidli, kellimni fuq uliedi.  Jiena nzommhom kollha taht il-mant tieghi'.  "Taf, Conchita, ghaliex ma gejtx jiena fit-18 ta' Gunju biex naghti l-messagg lid-dinja? Ghaliex hassejtha iebsa li nghidu jien innifsi, imma kelli nghidulkom ghall-gid taghkom stess u, jekk tobduh, ghall-glorja t'Alla. Jien inhobbkom hafna u nixxennaq ghas-salvazzjoni taghkom, biex nigborkom ilkoll madwar Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.  Conchita, inti sejra twiegeb ghal dan?'

"Jien ghidt, 'Kieku kelli nibqa' narak, iva, imma jekk le, ma nafx ghax jiena hazina hafna...' 'Inti aghmel kulma tista', qaltli, 'u ahna nghinuk, kif ukoll 'l-uliedi Loli, Gjacinta u Maria Cruz...'  "Ma damitx hafna mieghi.  Hija qalet ukoll, 'Din hija l-ahhar darba li qed tarani hawn, imma jiena nkun dejjem mieghek u ma' uliedi kollha'. Wara ziedet tghid, 'Conchita, ghaliex ma tmurx aktar spiss izzur 'l Ibni fl-Imqaddes Sagrament? Ghaliex thalli lilek innifsek tigi mkaxkra mill-ghass u ma tmurx izzur lil Dak li jistenniek lejl u nhar ?"

"Kif ktibt fil-bidu, kienet niezla hafna xita.  Il-Madonna u t-tarbija ma xxarbux.  Ma kontx ninduna li niezla x-xita waqt li kont narahom, imma malli ma bqajtx narahom inhsilt.  Jiena ghidtilha wkoll, 'Kemm jiena ferhana meta narakom.  Ghaliex ma tehodnix issa mieghek il-genna?'  Hija wiegbet, 'Ftakar x'ghidtlek nhar il-festa tal-padruna tieghek.  Meta tipprezenta ruhek quddiem Alla, idejk iridu jkunu mimlija bl-opri tajba maghmulin ghal hutek u ghall-glorja t'Alla; issa jdek huma vojta.'

"Dak kollu.  Ghaddejt mument ferriehi  ma' ommi tas-sema, l-aqwa habiba tieghi u mat-tarbija Gesu'.  Ma ghadnix narahom aktar  imma ma waqaftx inhosshom.  Terga, huma zerghu go fija paci kbira, ferh u xewqa li nirbah id-difetti biex inkun nista' nhobb, b'sahhti kollha, il-qlub ta' Gesu' u Marija li jhobbuna daqshekk.."

L-ittra ta' Conchita tispicca hekk: "Qabel, l-Imbierka Vergni Marija qaltli li Gesu' ma jibghatx il-kastig biex jghakkisna izda biex jghinna u jcanfarna ghax ahna ma naghtux kaz tieghu.  U t-twissija se tigi biex tnaddfilna ruhna u tippreparana ghall-miraklu li fih huwa se jurina l-imhabba kbira tieghu u biex ahna nobdu l-messagg".

Din kienet l-aktar parti mportanti mill-ittra li biha Conchita ddeskriviet l-ahhar dehra tal-Madonna hdejn is-sigar tal-prinjol.  L-istorja ta' Garabandal ma spiccatx hawn.  Minbarra grajjiet ohra wara, ghad fadal il-konfermi l-kbar mis-Sinjur Alla, bit-twissija u l-miraklu.

Izda-u din issa, hi l-importanti-f'dan l-intervall, li providenzjalment twal, ix-xandir tal-grajjiet bil-messagg tal-Madonna ghandu jiehu l-kors normali bhal kull grajja ohra fid-dinja.  Tkun hasra, li fatti nnegabbli u daqshekk tal-ghageb jibqghu mohbija fi ftit imhuh u siekta fil-kotba.  Ikun zball, jekk minghajr awtorita ix-xandir ta' fatti storici jigi mizmum minhabba xi nterpretazzjoni zbaljata ta xi ligi umana.  u jkun abbuz, jekk it-tixrid tal-messagg tal-Madonna jigi skoraggit b'suspetti nfondati,  minhabba xi nteressi ta' din l-art.

 

Xhieda ta' persuni mportanti

 

Sakemm ma hemmx it-twettieq ta' l-ahhar profeziji u lanqas id-decizjoni finali mill-awtorita tal-Knisja, hija hafna ta' valur ix-xiehda ta' dawn il-grajjiet.  Bnedmin ta' karattru sod, persuni ntegri u nies ta' l-affari taghhom jaghtuna xiehda serja mibnija fuq l-esperjenzi taghhom f'medda ta' zmien twila u b'numru kbir  ta' okkazjonijiet li fihom huma setghu jaghrblu, jippruvaw u jqisu kollox.  Imbaghad in-numru kbir tax-xhieda u esperti minn kull qasam tal-hajja, jaghmluha xi haga mhix xierqa li ahna nwarrbu.  Insemmu ftit minn dawn ix-xiehda.

 

Don Valentin Marichalar

 

Wara hafna snin ta' censura stretta li ma hallitux jghid kelma fuq id-dehriet, il-Kappillan tar-rahal, Don Valentin ta l-ewwel intervista pubblika mill-magazine "Neddles" f'Gunju 1976.  Il-Kappillan ta' Garabandal stqarr li dejjem sab li t-tfal kienu sincieri u m'ghandu l-ebda dubju mill-verita' l-fatti li graw fir-rahal.  Huwa qal li qatt ma gie nterogat mill-isqof jew mill-kummissjoni li giet imwaqqfa ufficjalment.  B'danakollu huwa kien izomm lill-Isqof infurmat b'kollox billi jiktiblu rapport f'kull gurnata li tigri xi dehra jew xi grajja ta' mportanza.

Huwa jidhirlu li l-kummisjoni ma haditx l-affarijiet bis-serjeta' li kienet tixraq u l-aktar li fittxet kien li tghaggel biex twassal fit-tmiem dik l-istorja tad-dehriet.  l-informazzjoni li hadu minn ghand ix-xhiedaa kienet aktarx minghajr gurament.  Meta staqsewh ghaliex jahseb li l-membri tal-kummisjoni ufficjali kienu daqshekk kontra id-dehriet wiegeb, "Dejjem ghall-istess raguni; kien mehtieg li jsir hafna xoghol u huma riedu jevitaw ix-xoghol.

Fost dawn il-grajjiet partikolari li semma l-kappillan kien hemm dik tal-Patri Dumnikan li mar bi lbies lajk fir-rahal tad-dehriet.  Dan meta  dahal fid-dar ta' Conchita biex jaraha mdawwra bin-nies waqt l-estasi, huwa nehha l-kurcifiss li kellu fuqu u tah lit-tifla biex tbusu l-Madonna..  Fl-estasi Conchita qaltlu, "kif inhi li gejt liebes hekk meta tkun tant ahjar liebes bl-abjad?"

It-tfal tad-dehriet kienu jaghrfu li bniedem ikun Sacerdot ghad li jkun minghajr l-ilbies klerikali u ma jkunux jafuh.

Darb'ohra giet xarabank mimlija nies minn Oviedo u maghhom kien hemm qassis li gie ghax  sfurzawh in-nies biex jigi.  Kien kollu cajt u dahqan.  wahda mit-tfal, fl-estasi bdiet  toffri  l-kurcifiss lin-nies biex ibusuh.  Il-qassis haseb  f'qalbu, 'Jekk dan huwa kollu sopranaturali, halli t-tifla tigi fl-istat normali meta tasal hdejja', u meta t-tifla giet quddiemu ma baqghetx fl-estasi, bhalma xtaq hu.  Imbaghad warrab f'genb u beda jibki.  In-nies li ndunaw resqu lejh u bdew isabbruh, 'Ghaliex qed tibki?' staqsewh.  'Halluni wahdi', jekk joghgobkom, qed nghidilkom bis-serjeta", qallhom il-qassis.

Don Valentin ikkonferma x-xhieda li  tah Father Louis M. Andreu, il-patri Gizwita li fit-8 ta' Awissu 1961 ra l-Madonna wkoll mat-tfal. Meta dan nizel lura f'Cosio sab lill-Kappillan u qallu hekk, "Din kienet ghalija gurnata li tatni prova minghajr l-icken dubju li dak li qed jghidu t-tfal huwa minnu".  Kienet sorpriza ghall-Kappillan jisma' dan minghand il-patri ghax kull meta gie Fr. Louis qatt ma lissen kelma dwar dawn id-dehriet.  Mal-Vergni Marija dan il-Gizwita ra wkoll  il-miraklu l-kbir u waqt li kienu jwaslluh lura pajjizu huwa miet fil-karozza.  Huwa miet sitt sighat wara, bil-ferh li hass.

 

Patri Luis Andreu-qassis Gizwita li ra l-Madonna mat-tfal.

 

Aniceta Gonzales

 

L-armla Aniceta, omm Conchita Gonzales iddeskriviet kemm ghaddiet minn esperjenzi iebsa fil-kura ta' bintha fi zmien id-dehriet, l-aktar bl-interrogazzjonijiet u l-mod bla rispett li l-kummissjoni ufficjali ttrattat il-grajjiet.  Hija sofriet ma' bintha meta kienu jissikkawha biex tichad kollox, jhedduha bil-habs u jaghmlu kull xorta ta' ezami mediku fuqha.  Fil-vaganzi ta' sajf minnhom, hija dahhlet lil Conchita mas-sorijiet f'Pamplona biex tharisha waqt li hija tkun l-ghalqa izda hemm ukoll sabet li nterrogaw it-tifla ghal 7 sighat shah minghajr il-kunsens taghha u kellha tehodha lura id-dar.

Meta giet intervistata mill-Magazine "Needles" f'Settembru 1976, hija semmiet grajjiet interessanti meta kienet tkun wahedha ma' bintha waqt l-estasi.  Fost ohrajn, Aniceta rrakuntat dawn it-tnejn.

"Meta darba kellha d-deni, kif wasalna lura minn Leon ghidtilha biex tidhol fis-sodda u ma  tohrogx ghar-Ruzarju fil-knisja.  Qaltli iva, imma talbitni tistenna sal-hin tar-Ruzarju forsi tkun tiflah tohrog.  Marret ghar-Ruzarju u meta giet lura qaltli, "Mama, ejja mmorru bil-mohbi sal- "calleja" - sqaq fond ta' l-ewwel dehra - 'forsi l-Vergni ssejjahli hemmhekk'.  u mort maghha meta kien dalam u niezla x-xita u s-silg.  Kont qed nibza', izda kelli nibqa' hemm nipprova nidderiegi l-wied li kien niezel mill-gholja.  Billi hija kienet gharkubbtejha u t-tnejn kellna  l-umbrella, ma stajtx naraha.  Ghidtilha, 'Isa ghid ir-ruzarju forsi tigi'.  Imbaghad indunajt li kienet ga fl-eestasi; bil-hsejjes tas-silg fuq l-umbrella lanqas kont smajtha.  Idejha kienu mitfugha dritti 'l quddiem u ga miksija bis-silg.  Din kienet wahda mill-okkazjonijiet li serhitli mohhi ghax stajt nara li ma kienx hemm qerq.  Ghalkemm bid-deni, fid-dlam u l-maltemp hija ppersistiet li nehodha hemm u fil-fatt kellha estasi.

"Darb'ohra meta dalam, konna wahedna fil-kcina, haga li ma kinetx tigri spiss ma jkollniex nies id-dar.  Kien lejl terribli, raghad u beraq li bezzghani hafna.  Ghidtilha, 'Ghid lill-Vergni biex ma tohorgokx minn hawn il-lejla daqskemm qed nibza' mir-raghad'.  Hija wegbitni, 'O, mama kif nista' nghidilha hekk lill, Vergni, jiena mmur kull fejn issejjahli u nibqa' kull fejn tehodni maghha.  Ma nghidilha xejn, mama'.  F'xi t-tlieta ta' filghodu hija kellha estasi.  Kien Dicembru jew Jannar.  Hija fethet il-bieb ta' barra, li jien kont ippruvajt insakkru izda r-rih qawwi ma hallinix. kif hrigt barra maghha tant kien hemm sajjetti li kont tahseb li hu bi nhar.  Nizlet gharkubbtejha u berkitni bil-kurcifiss taghha.  Ma bzajtx izjed.  Morna dritt ic-cimiterju, ahna t-tnejn, wahedna bil-lejl f'tempesta tal-biza'.  Mir-rixtellu tac-cimiterju li kien maghluq, hija  dahhlet il-kurcifiss minn bejn il-hadid.  ma niftakarx kemm domna hemm.  Naf li meta gejna lura bil-kant tar-ruzarju wahedna minn gor-rahal in-nies semghuna u bdew jittawlu mid-djar biex jarawna, Conchita tkanta u jiena nirrispondi l-Ave Marija.  Hija kantat ir-ruzarju kollu kif qaltilha l-Vergni".

Aniceta ghaddiet minn perjodu iehor ta' tbatija morali, meta bhalma l-Vergni kienet habbret fil-bidu tad-dehriet taghha lit-tfal, huma waslu biex jichdu li raw il-Madonna.  Hija qalet, "O, kont nitlob 'l Alla li l-art tiblaghni.  Hassejtni l-iktar omm mizerabli fid-dinja"Conchita kienet qaltilha darba waqt li kienet ghaddejja mill-"calleja" wara dehra,"O, mama, kieku taf kemm jiena ferhana...Jiena se nsofri hafna, u inti wkoll, inti se ssofri hafna".

 

Juan Alvarez Seco

 

Dan kien il-Kap tal-gwardja civili, il-pulizija Spanjola f'Puentenansa, hames mili boghod minn Garabandal.  Fis-snin 1961-62 gie moghti x-xoghol li jzomm l-ordni u jipprotegi t-tfal tad-dehriet.  Qabel id-dehriet, qatt ma kien sema' b'Garabandal u ghad li ma hax pjacir li tawh dak  id-distrett minhabba l-maltemp li jaghmel hemm fuq, izda hemm huwa jghid li garrab l-akbar ferh li bniedem jista' jgarrab fid-dinja.  Kien prezenti ghal madwar elf mid-dehriet, b'danakollu qatt ma gie nterrogat mill-kummissjoni ufficjali.  Mieghu kellu erbatax-il par pulizija u jghid li ma kinux bizzejjed izda l-irgiel zghazagh tar-rahal kienu jghinu hafna u b'koperazzjoni shiha maghhom.

"Hafna nies", qal dan l-ex pulizija, kienu jitilghu Garabandal biss biex jaqtghu l-kurzita' u xi drabi biex imaqdru wkoll.  Izda, gara kemm-il darba li quddiem il-grajjiet kien jaqbadhom il-biki, minghajr ma jindunaw ghaliex.  Nisa u rgiel kien jigrilhom hekk".

"Gurnata wahda, Conchita waqt estasi nehhietli n-nuccali biex minghajr tfixkil tberikni ahjar bil-kurcifiss.  Ma ninsiha qatt dik il-barka.  Dawn il-grajjiet biddluli ghal kollox il-hajja tieghi sal-gurnata ta' llum.  Nisma' l-quddiesa, fejn qabel gieli fallejt tal-Hadd ukoll, ir-ruzarju ma nfallih qatt, naghmel il-vista' lil Gesu' fl-Ewkaristija, nitlob ghas-Sacerdoti u spiss nattendi ghall-adorazzjoni ta' bil-lejl".

 

Francisco Sanchez Ventura Pasqual

 

Avukat Spanjol mill-aktar rispettat u Professur tal-Economija u Legislazzjoni fl-Universita' ta' Zaragoza, huwa xhud ta' hafna mill-grajjiet ta' Garabandal.  Ix-xhieda ta' dan ir-ragel gentlom nehduha mix-xoghol kbir li wettaq b'fidi u konvinzjoni shiha fis-serjeta' tad-dehriet, li sab fihom il-komunikazzjoni tas-sema ma' l-umanita.

Meta dan l-avukat ra l-heffa ta' azzjoni ta' wlied id-dlam, li hargu l-ktieb,"Et Mito de las Apariciones", biex jehduha kontra d-dehriet tal-Madonna u jattakkaw il-fidi tal-Knisja, huwa ntefa' ghax-xoghol ta' stharrig u gbir ta' xiehda fuq il-grajjiet ta' Garabandal.  U kien kapaci jippublika sa mill-1965 l-ewwel ktieb fuq dawn il-fatti biex ixandar il-verita' taghhom u jikkunbatti l-izbalji ta' Juan Antonio Monroy, l-awtur tal-ktieb kontra d-dehriet tal-Madonna.

Il-ktieb ta' Sanchez-Ventura jismu, "Las Apariciones no son un mito" u fl-ilsien Ingliz sal-1976 hargu 9 edizzjonijiet bl-isem ta' "The Apparitions of Garabandal".  Dan ir-ragel li certament ghandu mohh imharreg bizzejjed biex jaghraf il-verita' mill-qerq bl-onesta tieghu fit-tfittix li huwa ghamel fuq il-post waqt li kienu qed jigru dawn il-hwejjeg, hareg bil-konkluzzjoni li se ngibu hawn fil-qosor :

"Biex nigbor kollox fi ftit kliem, minn kulma semmejt hawn, fenomini u cirkustanzi mistharrga minn eluf ta' xhieda li rawhom mir-ritratti li jezistu bil-mijiet; mit-tape recordings ta' djalogi u talb waqt l-estasi; mill-films li ttiehdu; mill-ezamijiet li saru biex jaccertaw il-verita' ta' l-estasi; mill-ispezzjonijiet u rapporti medici; mill-istat ta' sahha li jgawdu t-tfal, hielsa mill-icken sintomu patologiku; mill-interrogazzjonijiet u studji li ghamlu t-tejologi u l-esperti...minn dan kollu johrog fatt li hadd ma jmerih : dawn il-bniet mhumiex jigdbu, dawn il-bniet jaraw lil "xi hadd" li jkellimhom, jikkoregihom, jghallimhom, jinfurmahom bi hwejjeg li ma setghux ikunu jafuhom, ihabbrilhom il-profeziji li wara twettqu, jaghtihom direzzjonijiet biex isibu hwejjeg mitlufa, jippermettilhom jaghrfu l-kuxjenzi ta' certi nies....Dawn kollha huma fenomeni verifikati kompletament, li jmorru kontra kull spjegazzjoni naturali.  Dak li ma ahniex certi minnu ghal kollox huwa jekk il--kawza hix pretenaturali jew sopranaturali, hix gejja minn Alla jew mid-demonju.  Izda meta nqabblu l-kliem ta' Kristu, "Mill-frottijiet taghhom intom taghrfuhom", ma' l-ghamla tal-messagg, il-konverzjonijiet li saru, u l-fervur u l-qawmien religjuz li tqajjem permezz taghhom, ma jistax ikun nahsbu mod iehor hlief li dawn il-prodigji huma gejjin minn kawza sopranaturali, hemm fihom l-id t'Alla l-Imbierek." (Cfr p.159)

 

Xandru l-Messagg u l-Grajjiet ta' Garabandal

 

Meta tkellimna fuq il-messaggi privati semmejna lil Joey Lomangino, ir-ragel ghama Amerikan li l-Madonna weghditu l-fejqan f'dak il-jum li jsir il-miraklu l-kbir.  dan ir-ragel hass li ghandu jxandar dawn il-grajjiet u l-messagg tal-Madonna kif jista' ma' kulhadd.  izda miinhabba li f'din il-hidma tieghu ltaqgha hafna drabi ma' min joggezzjona li jigu mxandra dawn id-dehriet qabel l-approvazzjoni tal-Knisja, huwa mar Ruma flimkien ma' xi sacerdoti biex jisma' d-decizjoni tal-awtoritajiet tal-Vatikan dwar jekk huwa jistax ikompli l-missjoni tieghu.  It-twegiba li taw lil Joey Lomangino mill-Vatikan kienet li jista' jxandar id-dehriet u l-messagg tal-Madonna, sakemm jghid li dawn ghadhom qed jigu nvestigati u li l-Knisja ma tatx l-approvazzjoni ufficjali taghha s'issa.

Ta' min jghid ukoll hawnhekk li fl-ahhar publikazzjoni tal-grajjiet ta' Garabandal li saret mill-awtur Gernaniz Albrecht Weber il-Papa baghat il-barka specjali tieghu ghal din il-publikazzjoni ta' dan il-ktieb.  Il-Papa Gwanni Pawlu II ricenti baghat il-barka tieghu mas-segritarju tieghu Monsinjur Stanizlaw Dziwisz fejn talab li l-istess ittra tieghu tigi ppubblikata f'pagna 19 ta' dan il-ktieb.  Il-Barka tal-Papa hija din :

 "May God reward you for everything.  Especially for the deep love with which you are making the events connected to Garabandal more widely known.  May the Message of the Mother of God find an entrance into hearts before it is too late.  As an expression of joy and gratitude, the Holy Father gives you his apostolic blessing."

Aktar dettalji dwar dan l-artiklu ssibuh f'din il-website: ara, 'Il-Papa Gwanni Pawlu II u Garabandal"

 

Gheluq - Il-Messagg Hu Mportanti

 

Fil-kitba ta' Conchita nsibu dawn il-kelmiet: "Il-Madonna trid li l-messagg jilhaq lid-dinja kollha....Hu kollu ghalxejn li nemmnu fid-dehriet jekk ma naghmlux dak li talbet il-Madonna fil-messaggi...Il-Vergni qalet hawnhekk dak li hija kienet qalet f'Lourdes u Fatima.  Il-miraklu mhabbar se jsir biew iwettaq dawn id-dehriet halli kulhadd jisma' l-messagg u jghix tajjeb.  Li nemmnu jew ma nemmnux fid-dehriet inniffishom mhix haga mporrtanti".

Dan juri s-sincerita' u l-intenzjoni retta ta' din it-tifla tal-muntanji.  Conchita dahlet mas-Sorijiet bil-hsieb li 'l quddiem issir soru u tmur tahdem l-Afrika.  Izda xi gimgha wara dahlet f'lokuzzjoni li kellha minn Gesu', qalilha li dik kienet ir-rieda taghha li qed taghmel u mhux tieghu.  Illum hija mizzewga bi tlett itfal u qed tghix fl-Istati Uniti.  It-tlieta l-ohra shabha wkoll qeghdin iservu 'l Alla fil-hajja tal-familja.  Din kienet ir-rieda t'Alla fuq dawk li tant tkellmu u grew mal-Vergni Marija f'dawn il-granet taghna.

U din hija t-triq tas-servi t'Alla kollha: li naghmlu r-rieda Tieghu, "ikun li trid int", ikunu kif ikunu l-ispirazzjonijiet u l-messaggi Tieghu, personali, privati jew pubblici, jew mezzi ohra li bihom Hu jaf kif jikkomunika maghna.  Issa huwa z-zmien li kull wiehed jieqaf ftit mit-thabrik zejjed ghall-hwejjeg ta' din l-art, u naraw x'ghandna naghmlu l-ewwel u x'ghandna x'nirrangaw fil-hajja taghna, minghajr ma noqghodu nistennew it-twissija tal-Mulej, il-wirja tal-miraklu jew xi sinjal iehor specjali li jista' jigri.  Il-Mulej qieghed il-hin kollu jistenniena mmorru nintefghu gharkubbtejna quddiemu fil-knejjes taghna jew fil-kwiet ta' kamritna, biex inkellmuh u fis-skiet Hu jkellimna u jghinna nirrangaw.

Jekk il-grazzja t'Alla hadmet fik, caqilqitek permezz ta' l-ahbar ta' din iz-zjara tal-Madonna, jew geghlitek tirrifletti, jekk joghgbok ghaddi din il-kelma tajba lil haddiehor u hekk tkun bdejt twettaq il-messagg tal-Madonna.  In-nies ta' Garabandal ghadhom imhawwda sallum b'dak li gara madwarhom u b'dak li ghad irid jigri.  Sacerdoti, tobba, tejologi maghrufa u eluf ta' nies minn kull nazzjon kollha jaqblu fit-twemmin taghhom f'dawn id-dehriet.  Ir-rapporti xjentifici tat-tobba u l-istudju li ghamlu t-tejologi jghidulna li mhux possibli li tinsab spjega naturali ghal dak li gara.

Filwaqt li dawn il-grajjiet qed jinxterdu mad-dinja, l-awtorita tal-Knisja tidher li qed tiehu z-zmien taghha biex terfa' l-piz ta' xi ghamla ta' decizjoni.  Ma ninsewx li fil-kaz ta' Fatima, wara li sar il-miraklu l-kbir tax-xemx quddiem folla ta' sebghin elf ruh, il-Knisja ma tkellmitx fuq il-karattru sopranaturali ta' dawk id-dehriet hlief, wara tlettax-il sena.

Ghal aktar taghrif iktbu lil :

Carmel Agius, Centru Garabandal, 22-24 Triq Louis Scicluna, Fgura Pla. 13 MALTA

TEL: (00356)  21695920 or 31005920 or 79593407

E-mail : ceramics@onvol.net