L-Estasi tal-Vizzjunarji

It-tfal fl-estasi

Waqt li jaraw il-Madonna t-tfal kienu jkunu f'estasi; ma jaraw xejn madwarhom hlief lit-tfal l-ohra biss li jkunu bhalhom fl-estasi; ma jhossu xejn; wicchom kien jisbieh bi hlewwa barranija u gisimhom ileqq bhal bid-dawl minn gewwa.  Il-hin tad-dehra, minkejja li kien ikun twil , kienu jarawh qasir; iharsu 'l fuq b'rashom mitfugha lura hafna; kwazi dejjem jitbissmu, xi drabi jidhqu u drabi ohra juru serjeta' jew jibku skond dak li tkun tghidilhom id-dehra.  Il-movimenti taghhom flimkien bhal meta jroddu s-salib ghal hafna drabi, jew jghidu t-talb u jwiegbu ghal xi mistoqsijiet tad-dehra.

Qatt ma wrew sinjali ta' gheja waqt l-estasi minkejja l-qaghdiet xejn komdi, gharkubbtejhom fuq il-blat jew gebel, f'jiem keshin tax-xitwa, hafjin, saqajhom fis-silg u minghajr ilquh iehor biex jilqa' l-bard.  Fi tmiem l-estasi kienu jirritornaw minnufih ghall-istat normali ferhana, minghajr ebda sinjal ta' nervi jew ecitament. 

Conchita f'estasi.  Sa mill-bidu tad-dehriet din it-tifla giet moghtija ftit aktar importanza.

Waqt l-estasi hadd u xejn ma kien igibhom ghall-istat normali, la tniggiz, la swat, la hruq u lanqas id-dwal qawwija mitfugha fuq wicchom ma kien igeghelhom ipetptu ghajnejhom.  F'cirkustanzi normali dwal ta' dik il-qawwa kienu bizzejjed biex jaharqulhom ir-retina ta' l-ghajnejn u jaghmuhom ghal dejjem.  Malli tidhrilhom il-Madonna kienu jintefghu b'tisbita tal-biza' gharkubbtejhom, tant li l-hoss kien igieghel lin-nies jahsbu li t-tfal korrew izda meta jezaminawhom wara l-estasi ma kienux isibulhom griehi jew brix.

 

Fenomeni godda

 

Ftit wara li bdew l-ewwel dehriet, tfaccaw fenomeni ohra.  Waqt l-estasi t-tfal bdew jimxu minn post ghall-iehor fejn kienet tehodhom il-Madonna.  Kienet tehodhom il-knisja, ic-cimiterju, fuq l-gholja hdejn is-sigar tal-prinjol, fid-djar tal-morda u ghaddiethom kwazi mill-passaggi u t-toroq kollha tar-rahal, hafna drabi waqt li jghidu r-ruzarju u jkunu akkumpanjati minn folla nies.  Kultant il-mixi kien isir b'heffa tant kbira li hafna nies kienu jibqghu lura hafna u xhieda ohra jlahhqu maghhom bi tbatija.  Meta dan il-mixi kien isir bil-lejl, xi xhieda kienu jitilfu xi oggetti bhal kuruni, domni jew slaleb tal-Kuruni;  meta jisbah, filghodu kienu jaghmlu hafna tfittix ghalxejn, it-tfal jistaqsu 'l Madonna fid-dehriet ta' wara fejn huma l-oggetti mitlufa u mbaghad imorru jigbru l-oggetti minn taht il-gebel u t-tajn jew qalb il-haxix.

Il-mixi waqt l-estasi gieli sar b'lura minghajr qatt ma tfixxklu fuq il-gebel u art imhaffra.  Fenomenu iehor kien it-tliet sejhat li jircievu t-tfal qabel id-dehriet.  Din is-sejha kienet bhal tqanqil ta' ferh intern jew ecitament misterjuz li jsejhilhom.  L-ewwel sejha tkun hafifa; xi nofs siegha wara tigi t-tieni sejha aktar qawwija u ma' din is-sejha jibdew mexjin lejn il-post li tkun ghazlet il-Madonna ghad-dehra.  Ftit minuti wara jircievu t-tielet sejha meta t-tfal li se jaraw  id-dehra jkunu ltaqghu, din taghmilhom ferhana u ecitati sakemm jaraw id-dehra u jintilfu fl-estasi

Xi drabi l-Madonna kienet iggib maghha t-tarbija Gesu' fuq dirghajha u t-tfal kienu joqghodu jilghabu mieghu billi jahbulu c-caghaq f'xaharhom biex jarawh jidhaq.  In-nies kienu josservaw it-tfal waqt li  dawn kienu jilghabu mat-tarbija u jixhdu li l-mossi taghhom u l-espressjoni ta' wicchom tikkorrespondi mal-loghba li kienu jaghmlu.  Hekk ukoll meta l-Madonna kienet tqieghed it-tarbija f'idejn it-tfal, in-nies setghu josservaw il-pozizzjoni u l-mossi ta' jdejhom jikkorrespondu ma' din l-azzjoni.