L-ewwel Messagg - 18 ta' Ottubru 1961
Ghandna bzonn naghmlu hafna sagrificcji u hafna penitenza.
Ghandna nzuru ta spiss lil Gesu' fl-Ewkaristija;
Imma qabel xejn ghandna nkunu ta' hajja tajba;
Jekk ma naghmluhx, se niltaqghu mal-kastig;
Il-kalci qieghed jimtela' u jekk ma nibdlux hajjitna, kastig kbir se jigi fuqna.
Dan l-ewwel messagg, il-Madonna tatulna fil-bidu tad-dehriet taghha f'Garabandal u Hija ordnat li jigi mxerred lill-bnedmin kollha fid-dinja. Wara kwazi erba' snin li matulhom il-parti l-kbira ta' l-insara ma semghu xejn minn dak li gara, il-Madonna ddizzappuntata waslitilna messagg iehor li l-ewwel kelmiet tieghu juru car dan in-niket taghha.
It-Tieni Messagg - 18 ta' Gunju, 1965
Billi l-messagg tieghi tat-18 ta' Ottubru (1961) ma giex imwettaq u lanqas ma gie mgharraf lid-dinja, qieghdha nghidilkom li dan huwa l-ahhar wiehed.
Qabel, il-kalci kien qed jimtela'; issa qieghed ifur.
Hafna Kardinali, hafna Isqfijiet u hafna Sacerdoti qeghdin fit-triq tat-telfien u qed ikaxkru maghhom hafna erwieh.
L-Ewkaristija qed tigi moghtija importanza inqas u inqas.
Intom ghandkom twarrbu l-korla t'Alla minn fuqkom bil-hidma taghkom.
Jekk titolbu mahfra bi qlub sinciera, Huwa jahfrilkom.
Jiena, Ommkom, bl-intercessjoni ta' San Mikiel Arkanglu, nitlobkom li tbiddlu hajjitkom.
Intom issa qeghdin tircievu l-ahhar twissijiet.
Jiena nhobbkom hafna u ma rridkomx tintilfu.
Itolbu lilna bis-sincerita' u ahna naghtukom il-bzonnijiet taghkom.
Intom ghandkom taghmlu aktar sagrificcji: Ahsbu fil-passjoni ta' Gesu'.
Il-Madonna hassitha kbira wisq li kellha tasal li tati messagg bhal dan. Dan qalitu hija stess fl-ahhar dehra taghha fit-13 ta' Novembru,1965. In-niket taghha gieghlha twasslilna dan il-messagg permezz ta' San Mikiel u mhux direttament bhas-soltu. Il-messaggi kif ukoll il-grajja ta' Garabandal qed jigu mxerrda mad-dinja l-aktar permezz tal-hidma mill-lajci.