Ix-Xjenza Dwar Garabandal

Dr Ortiz jezamina l-polz ta' wahda mill-vizzjunarji (Conchita)

 

Hafna kienu t-tobba maghrufin li ezaminaw il-persuni li kellhom x'jaqsmu mal-grajjiet ta' Garabandal.  Hadd s'issa ma rnexxielu jsib spjegazzjoni xjentifika sodisfacenti ghal dawn il-grajjiet.  Kollha jaqblu li dak li gara f'Garabandal huwa xi haga li ma tistax tispjegaha umanament u hija xi haga li tixirqilha l-attenzjoni u r-rispett.

"Haga wahda hija certa - li ahna sibna ruhna quddiem certi fatti li ghalihom ix-xjenza ma tista' ssib l-ebda spjegazzjoni", qalulna t-tobba.

Wara snin ta' osservazzjoni, tabib specjalista tat-tfal iccertifika li l-bniet dejjem kienu normali kompletament u li l-estasi ma jaqa' taht l-ebda fenomenu fisjologiku maghruf. 

 Dr. Ricardo Puncernau, newropsikjatra maghruf minn Barcellona jghid:"Quddiem dawn il-fatti hija haga difficli ghal tabib biex jaghti spjegazzjoni semplici naturali...  Min-naha strettament xjentifika wiehed ma jistax jichad - ghallinqas ghalissa - il-possibilta' li  jkun hemm spjegazzjoni sopranaturali f'dawn il-fenomeni kollha".

Dr.  Gasca Ruiz u Dr. Ortis Gonzales, li studjaw dawn il-fenomeni, jghidu: "Li tabib izomm is-skiet, ikun gjufija xjentifika min-naha taghna.  Ahna ma nsibu l-ebda tifsir xjentifiku li jista' jispjega fenomeni bhal dawn".

Din ix-xhieda tax-xjenzati, lilna twassalna biex nammettu, illi l-Qaddisa ommna tas-sema, bhalma  ghamlet drabi ohra qed terga' turina l-imhabba li ghandha lejna.  Ikollna naghrfu li hija Hi li giet titlobna minn dan ir-rahal fqir u semplici, biex kull wiehed minna jahdem maghha fuq ir-responsabilta' tremenda li zzomm il-qilla tal-Gustizzja t'Alla milli taqa' fuq l-umanita', li qed ggib ruhha ta' ghamja u truxa mal-Feddej u benefattur taghha.