IL-QADDIS PATRI PIJU
U
GARABANDAL
KITBA : FATHER JOSEPH PELLETIER
TRADUZZJONI GHALL-MALTI : JOE GALEA
(Father Joseph Pelletier kiteb hafna pubblikazzjonijiet fuq il-kaz ta' Garabandal, fosthom insibu l-ewwel ktieb fuq Garabandal, 'God Speaks at Garabandal' u 'The Apparations of Our Lady at Garabandal, kif ukoll 'Our Lady Comes to Garabandal' Fr. Pelletier kiteb hafna kotba wkoll dwar dehriet ohrajn fosthom 'The Sun Danced at Fatima' kif ukoll 'The Immaculate Heart of Mary'.
Father Joseph Pelletier studja t-Teologija f'Ruma fejn hu rcieva il-Baccellerat u l-Licenzjat fis-Sacred Theology. Aktar 'l quddiem huwa rcieva l-Master's Degree fis-Socjologija mill-Kullegg ta' Boston).
L-ISTESS KIF PATRI PIJU KIEN SUGGETT GHAL BOSTA KONTROVERSJI, HEKK UKOLL KIENU L-VEDUTI TIEGHU DWAR ID-DEHRIET TAL-MADONNA F'GARABANDAL. XI WHUD QALU LI DAN L-ISTIGMATISTA QADDIS KELLU CERTU GHOZZA LEJN DAWN IL-VIZZJONIJIET. OHRAJN QALU LI MA KELLUX. X'INHI L-VERITA' DWAR DAN?

Jiena hadt sehem fl-ewwel seminar internazzjonali tal-Blue Army gewwa Fatima f'Lulju tas-sena 1968. Staghibt x'hin smajt xi whud jghidu li Patri Piju kien jidher ma jaqbilx dwar Garabandal. Qabel tlaqt ghal dan is-Seminar, qattajt xi hin ma' Joey Lomangino, dak l-appostlu kbir Amerikan ta' Garabandal, u dan accertani li l-Qaddis Patri Piju kien jemmen fid-dehriet li sehhu f'dan il-post fi Spanja hemm fuq il-muntanji mill-1961 sa l-1965. Joey kellu ragun japprova lil Patri Piju accetta dawn id-dehriet bhala dehriet awtentici.
Joey Lomangino u Patri Piju
Fl-1963 Joey Lomangino telaq lejn l-Ewropa ma' habib tieghu. Joey xtaq jara lil Patri Piju. Habibu kien interessat f'Garabandal. Ghalhekk qatugha li jghaddu gimgha f'post u gimgha f'post iehor. Il-waqfa ta' Joey f'San Giovanni Rotondo kienet bidla li saret f'hajtu. Daqs hmistax-il sena qabel din iz-zjara, Joey tilef ix-xamm minhabba ncident li garrab. L-ghadam ta' fuq gbinu ta' isfel tfarrak waqt li n-nervituri tax-xamm sfaw maqsuma.
Permezz tal-Qaddis Patri Piju, Joey rega' akkwista is-sens tax-xamm. Meta dik il-gimgha mahsuba minn qabel ghaz-zjara f'San Giovanni Rotondo ghaddiet, Joey hassu ferhan bla qies, tant li ma riedx li jitlaq minn hemm. Mhux biss gie mfejjaq minn dieqa tal-gisem, izda hass ruhu tinbidel u tistrieh spiritwalment, b'mod li qatt ma kien jobsor li dan kien possibli li jsehh. Ma riedx li jitlef din il-gahwra prezzjuza li sab ghal dak, li f'dak iz-zmien kienet kwantita' mhux maghrufa, fi kliem iehor, Garabandal.
Izda l-habib ta' Joey insista biex jonora l-ftehim li kien sar bejniethom u jmur Garabandal. Fl-ahhar gie deciz li jaraw x'jghidilhom Patri Piju, u jghidilhom hu stess x'inhu l-ahjar li jaghmlu.
"Minnu li l-Vergni Mbierka qed tidher fi Spanja lil erbat itfal bniet ?", staqsewh.
"Iva", wegibhom, Patri Piju.
"Tahseb li ghandna ghax immorru Garabandal ?" regghu staqsewh.
"IVA" rega' wegibhom.


(Fuq ix-Xellug, Joe Lomangino f'udjenza ma Patri Piju. Fin-nofs, Joey issa. Fuq il-lemin, Joey ta' sittax-il sena, ftit qabel ma sehh l-incident)
Ghalhekk Joey u habibu telqu lejn Garabandal. Dan kien l-ewwel vjagg ta' Joey f'Garabandal. Huwa skopra li Conchita kellha certu hlewwa kbira u soda lejn Patri Piju. Meta rega' mar Garabandal fis-sena 1964, ta lil Conchita (wahda mill-vizzjunarji) xi nkwadri ta' l-istigmatista Kapuccin kif ukoll xi kuruni li gew imbierka minnu.
IZ-ZJARA TA' CONCHITA GHAND PATRI PIJU
L-Ewwel zjara tieghi f'Garabandal kienet fis-sena 1968. Omm Conchita kelmitni dwar zjara li hi u bintha Conchita kienu ghamlu ghand Patri Piju fi Frar, 1966, wara l-vjagg li kienu ghamlu f'Ruma fejn Conchita rat kemm lil Kardinal Ottoviani ta' l-ufficcju Qaddis kif kien maghruf dak iz-zmien, kif ukoll lil Papa Pawlu VI. Aniceta, omm Conchita insistiet li Patri Piju kien minn taghna hafna maghhom, 'is-simpatico tieghi' u ssuktat turini kif ta taptipa ta' mhabba lil bintha Conchita fil-genb ta' ghonqha sewwa sew taht il-widna. Conchita qalet lil Joey Lomangino li matul din iz-zjara ghand dan il-Kapuccin, kellha fuqha kurcifiss li l-Madonna kienet bieset tul wahda mid-dehriet li kellha f'Garabandal.
Hija qalet li Patri Piju qabad il-Kurcifiss u idha u ghamilhom it-tnejn fuq tieghu. Joey mar Garabandal kwazi ghoxrin darba, (sa dak iz-zmien li nkiteb dan kollu). u kien joqghod fid-dar ta' Conchita, jaf lil din ta' l-ahhar kif jafuha dawk il-ftit. Huwa japprova lil Patri Piju huwa l-unika mistiku tal-lum u li hija accettat bla ma qaghdet tahsiba bhala awtentiku.
ITTRA MPORTANTI
Waqt li qed nikteb dan, quddiemi ghandi kopja fantastika ta' l-ittra originali bit-Taljan li baghat Father Bernardino Cennano OFM, superjur tal-kunvent fejn kien Patri Piju f'San Giovanni Rotondo, lil wiehed gentlom, u li ghandi ismu, izda nhoss li m'hemmx ghalfejn nghid min hu. Din l-ittra miktuba fl-4 ta' Lulju 1969, giet bil-permess ta' min irceviha, maqluba bl-Ingliz u ccirkulata sa certu grad sabiex inkun hieles li nikkwota minnha, u naghmel it-traduzzjoni tieghi mill-original bit-Taljan. Din li gejja hija parti xierqa ta' l-ittra :
"Waqt li kien ghadu haj, l-istess Patri Piju iggarantixxa l-awtenticita' tad-dehriet tal-Madonna. Huwa ltaqa' ma Conchita f'San Goivanni Rotondo. Anki tul l-ahhar jiem ta hajtu, tkellem dwar dan ma' hutu fil-hajja religjuza u halla messagg persunali ghal persunagg ewlieni tad-dehriet. Dan il-messagg li gie fdat f'idejn huh religjuz, Father Pellegrino gie moghti lil Conchita f'Lourdes f'Ottubru tas-sena l-ohra, fil-prezenza tieghi'. Father Pellegrino kien wiehed minn dawk il-Frangiskani li kien jiehu hsieb personalment lil Patri Piju tul l-ahhar marda li kellu. Huwa kien fil-kamra ta' Patri Piju fil-lejl li miet, (fil-fatt ruh Patri Piju harget fis-sighat bikrin tat-23 ta' Settembru 1968).
Fr Pellegrino huwa s-Superjur prezenti (ghal dak iz-zmien li nkiteb dan) tal-kunvent fejn Patri Piju miet, wara li ha post Father Cennano. Jien tkellimt ma' gentlom Kanadiz, li kien f'San Giovanni Rotondo meta Patri Piju miet. Huwa qalli li meta Patri Piju tqieghed fil-Knisja ghall-habta tat-tmienja ta' filghodu ta' dak il-jum li fih miet Patri Piju, kien f'tebut miftuh. In-nies xtaqet tersaq lejh biex tmisslu wiccu u dan holoq problema li, ghal habta tat-tmienja ta' filghaxija ta' dak l-ewwel jum, poggewlu velu fuq wiccu, velu abjad semplici. Dan il-velu baqa' hemm ghal madwar erba' sighat. L-ghada tqieghed ghatu tal-hgieg fuq it-tebut tieghu. Issa, huwa car li l-velu abjad li kien jghatti wicc Patri Piju mejjet inghata lil Conchita (wahda mill-vizzjunarji ta' Garabandal). Dan juri li dawk qrib Patri Piju kienu jafu bis-sentiment qawwi li kellu lejn Conchita, ghaliex tassew li hi kienet dik li Patri Piju kien jixtieq li jkollha din it-tifkira mportanti.

Nota tal-Promotur : Dan kollu juri wkoll kemm Patri Piju tassew ried ihalli x-xhieda tieghu ta' kemm hu kien jemmen li l-Madonna dehret f'Garabandal. U ghalhekk ried wkoll ihalli l-marka tieghu fuq dawn id-dehriet ghax il-Madonna qaltlu Hi stess li hi kienet qed tidher f'Garabandal u wrietu wkoll il-Miraklu l-Kbir li ghad irid isehh f'Garabandal u mad-dinja. U hu kien li kompla ihajjar lill-Joey Lomangino biex imur fil-post tad-dehriet li bis-sahha ta' Joey dak l-appostlu inholqot network internazzjonali ghat-tixtrid ta' dawn id-dehriet. -Carmel Agius
Ghalkemm Patri Piju kien jemmen f'Garabandal u ma kienx jibza' jesprimi ruhu f'dan it-twemmin fil-privat fost hutu l-patrijiet fir-religjon u ma' hbiebu, kien joqghod attent hafna li ma jiehdux qaghda fil-pubbliku dwar dan. Kien jaf li hu kien meqjus bhala xorta ta' profeta li bosta qawwew il-fidi taghhom fih. Ma kienx ihoss li kienet haga xierqa ghalih li jitkellem fil-pubbliku dwar Garabandal, bhallikieku kien xi kelliemi ghall-Knisja. Dan ifisser ghaliex is-superjuri religjuzi tieghu f'San Giovanni Rotondo jistghu johorgu stqarrijiet b'effett li Patri Piju m'ghandux jigi kkwotat favur Garabandal. Certament li huwa kien jemmen f'Garabandal. Izda ma kienx ihoss li kienet haga xierqa ghalih dik li jaghmel speci ta' proklamazzjoni fil-pubbliku dwar dan.