Il-Miraklu ta' l-Ostja
minn Carmel Agius
Meta bdiet tidher il-Madonna f'Garabandal, l-anglu San Mikiel kompla jidher lit-tfal spiss, u biex jghallimhom jitqarbnu sewwa kien igib mieghu ostji mhux ikkonsagrati. Imbaghad gurnata wahda qalilhom biex filghodu kmieni jmorru fuq l-gholja hdejn is-sigar tal-prinjol qabel ma jieklu xejn.
Hemmhekk dehrilhom l-anglu li kellu f'idejh pissidi qisu tad-deheb u qalilhom:"Sejjer inqarbinkom, imma din id-darba l-ostji huma kkonsagrati. Ghidu,'Nistqarr 'l Alla..", u "Ahsbu f'dak li tircievu". Wara li qarbinhom qalilhom, "Issa nirringrazzjaw 'l Alla", u ftit wara qalu mieghu t-talba,"Ruh ta' Kristu qaddisni".
Meta in-nies semghu b'din it-tqarbina, x'uhud ma emmnux ghax qalu li l-angli ma jistghux jikkonsagraw. L-ghada meta gie l-anglu biex iqarbinhom qalulu b'dan u wegibhom li hu kien igib l-ostji kkonsagrati mit-tabernakli madwar id-dinja. Kien iqarbinhom kuljum minbarra f'dawk il-granet li kien jigi xi sacerdot biex iqaddes fil-knisja tar-rahal.

Ritratt awtentiku tal-miraklu ta' l-ostja
Barra l-hafna ritratti, x'uhud minn dawn it-tqarbiniet gew iffilmjati bi dwal qawwija. F'dan it-tqarbin mill-anglu, n-nies kienu jaraw lit-tfal fl-estasi jinzlu gharkubbtejhom, jitolbu, jiehdu qaghda ta' min ikun se jitqarben, johorgu lsienhom u jibilghu xi haga, imma qatt ma raw l-ostja, hlief meta sar, "il-miraklu z-zghir".
It-tfal kienu ilhom jitolbu 'l-Madonna u lill-anglu biex jaghmlu xi miraklu halli n-nies jemmnu f'dawk id-dehriet. Fit-22 ta' Gunju 1962, l-anglu habbar lil Conchita li sejjer isir il-miraklu li talbu u meta staqsietu x'sejjer ikun il-miraklu, qalilha, "Meta nqarbnek, l-ostja se tkun tidher min-nies fuq ilsienek". It-tifla qaghdet tahseb ftit, imbaghad qaltlu: "Mela meta tqarbinni inti, huma mhux qed jarawha l-ostja ?"
"In-nies ta' madwarek ma jarawhiex l-ostja, imma meta jsir il-miraklu huma jarawha", wegibha. "Imma dan huwa miraklu zghir" qaltlu t-tifla. L-Anglu beda jidhaq u halliha. Minn hmistax-il gurnata qabel, jigifieri mit-3 ta' Lulju, Conchita bdiet thabbar lin-nies dan il-miraklu li kellu jsir fit-18 ta' Lulju, 1962, kif qalulha l-anglu u l-Vergni Mbierka. Dak in-nhar it-toroq tar-rahal kienu kollha mimlija nies jistennew matul il-gurnata kollha biex jaraw x'se jigri. Meta beda jidlam, hafna kienu qed jithassbu ghax kien se jkun tard ghalihom.
Fid-dar ta' Conchita kien hemm hafna mistednin li kultant kienu jistaqsu xi haga lit-tifla biex jaraw kienitx zgura minn dak li habbret. Din kollha kalma u fiducja ma wriet l-ebda sinjal ta' dubju jew ta' nkwiet,"ghax la l-Vergni u lanqas l-anglu ma kienu qatt qalu xi haga li ma sehhitx".
Fl-10 ta' bil-lejl kellha l-ewwel sejha u f'nofs il-lejl irceviet it-tieni sejha. Fis-saghtejn ta' bil-lejl intilfet f'estasi u b'rasha mitfugha lura harget mill-kamra, nizlet it-tarag u mxiet fit-triq minn qalb il-folla li kemm kemm hallewha ticcaqlaq, daret kantuniera u f'nofs ta' triq u waqghet gharkubbtejha.
Wara dehret tohrog ilsienha li kif setghu jaraw in-nies ma kien hemm xejn fuqu sakemm f'daqqa wahda ostja bajda dehret fuq ilsienha u damet f'din il-pozizzjoni maz-zewg minuti. Alejandro Damiens minn Barcellona li sab ruhu hdejha, irnexxielu jigbed bicca film fl-ahhar sekondi tal-miraklu b'kamera mislufa lilu ghall-okkazjoni li kemm kemm kien jaf ihaddimha. Il-fatt ta' dan il-miraklu jixhduh hafna nies li wara li semghu l-profezija tieghu, qaghdu ssagrifikati 'l boghod minn djarhom biex jaraw it-tmiem ta' l-istorja. Benjamin Gomez, bidwi minn Pontez xehed hekk bil-kitba: "Kont wieqaf inqas minn tul ta' driegh boghod mit-tifla. Jiena stajt nara sewwa li fuq ilsienha ma kien hemm xejn. It-tifla ma tharrkitx. F'daqqa wahda dehret fuq ilsienha l-Ostja Mqaddsa. Kienet bajda u tilma. Tfakkrek meta r-raggi tax-xemx jaqghu fuq is-silg.
Wicc it-tifla nbidel fi gmiel ta' estasi tas-sema... Hija laqghet l-ostja f'din il-qaghda rigida. Kellna l-hin kollu biex nistghu nikkontemplaw dan l-ghageb meraviljuz bla ghaggla ta' xejn. Jien ma kontx dak it-tip ta' nisrani li nbati bil-fantasija jew l-immaginazzjoni. Ma kontx inhabbel rasi fuq Alla hlief biex noffendieh. L-ahhar li kont qerrejt kien f'April, imma qabel kont ilni ma nqerr 23 sena!"
Dan il-miraklu ta' l-ostja kien tassew konferma tad-dehriet tal-Madonna u ta' l-ezistenza tal-messagg li hija wasslet fid-dinja. Izda, miraklu hafna ikbar minn dan gie mwieghed, li ghad jikkonferma b'mod aktar car u sollenni l-grajja kollha ta' Garabandal. Id-dehriet tal-Madonna u ta' l-anglu saru kif ghedna fil-bidu lill-erbat itfal. Izda l-grajjiet urew mill-bidu nett lil Conchita bhala tifla l-aktar importanti fosthom l-erba'. Hija kitbet il-grajjiet f'ghamla ta' djarju, li nsibuh maqlub fl-Ingliz u kkumentat minn Rev. Fr. Joseph A. Pelletier, A.A fil-ktieb tieghu, "Our Lady Comes to Garabandal". F'dan id-djarju Conchita titkellem minn miraklu u profeziji ohra li ghad iridu jsiru f'Garabandal biex Alla l-Imbierek jikkonferma b'mod aktar kbir ghemil idejh f'dawn il-grajjiet, halli kullhadd jemmen fid-dehriet u nobdu lkoll il-Messagg. (Ara f'din il-website 'Profeziji mhabbra ghall-futur').