IL-PROFEZIJI MHABBRA GHALL-FUTUR

Traduzzjoni ghall-Malti : Carmel Agius

 

 

It-Twissija tkun Sopranaturali u tigi dirett minn Alla.  Tkun bhal meta zewg stilel jahbtu flimkien u turina it-tajjeb li stajna ghamilna u l-hazin li ghamilna.

Ittra li Conchita (wahda mill-vizzjunarji) kitbet fit-tnejn ta' Gunju 1965, hi dokument iehor li fih insibu deskrizzjoni ta' twissija.  Hi kitbet hekk :

"Fl-ewwel ta' Jannar, 1965, il-Vergni Mbierka qaltli, 'illi t-twissija tkun moghtija qabel il-miraklu, halli d-dinja tkun tista' tinbidel.  Din it-twissija bhal kastig, hi haga hafna tal-biza'. 'Hi tressaq lit-tajbin aktar lejn Alla u twissi lill-hziena, li tmiem iz-zmien li mhux l-ahhar tad-dinja wasal, u li dawn huma l-ahhar twissijiet.  Hemm izjed minn dan dwar hekk, imma ma nistax nghidu b'ittra.  Hadd ma jista' jzommha milli tigri.  Hi certa ghalkemm jien ma naf xejn dwar il-jum u d-data".

Aktar taghrif dwar din it-twissija nsibuha fit-twegibiet li Conchita tat ghal hafna mistoqsijiet li sarulha f'hafna okkazjonijiet differenti.  It-twissija hi xi haga li tigi direttament minn Alla u tkun tidher u tinhass mad-dinja kollha f'kull post li fih wiehed jista' jkun.  It-twissija tkun bhal rivelazzjoni ta' dnubietna u tkun tidher u tinhass kemm minn dawk li jemmnu u kemm minn dawk li ma jemmnux u nies ta' kull twemmin.

"It-twissija sservi bhal purifikazzjoni taghna bi thejjija ghall-miraklu.  Hi ghamla ta' katastrofi, iggieghlna nahsbu fil-mejtin, jigifieri nippreferu li nkunu mejta milli ngarrbu t-twissija.  Se tkun tassew tal-biza', inhossuha fil-gisem u nternament.  Tkun rikonoxxuta u accettata mid-dinja kollha bhala sinjal dirett minn Alla.  Jekk xi nies imutu, dan ikun minhabba x-xokk emozzjonali tad-dehra taghha, u mhux it-twissija nnifisha.  Biha napprezzaw aktar il-miraklu li permezz tieghu Alla jrid jaghti prova ta' kemm ihobbna u tax-xewqa li ahna nwettqu l-messagg."

"Biha ahna naraw il-konsegwenzi tad-dnubietna.  Nahseb li dawk li ma jaqghux fid-disperazzjoni jiehdu gid kbir minnha ghall-qdusija taghhom.  It-twissija hi haga sopranaturali u ma tigix spjegata mix-xjenza.  Tkun tidher u tinhass.  It-twissija se tkun korrezzjoni tal-kuxjenza tad-dinja".

Il-Madonna tkellmet ukoll ma' Mari Loli dwar din it-twissija:

"Naf is-sena tat-twissija izda ma nista' nghid xejn.  Meta tigi t-twissija kollox jieqaf, sa ajruplani fl-ajru, ghal ftit mumenti biss. It-tul tat-twissija ddum ftit minuti.  Jiena nibza' mit-twissija bhal kulhadd.  Ghandi d-difetti tieghi u dik li t-twissija turini l-konsegwenzi ta' l-izbalji tieghi, iggieghlni nibza'.  Hu mportanti li nhejju ruhna ghaliha ghax se tkun haga terribbli".

"Jekk din it-tbezbiza se tkun daqshekk tal-biza', il-bniedem ghad jista' jobsor bil-hruxija tal-kastig il-kbir imhabbar li ghandu jigi aktar 'l quddiem.  Veru li dan l-ewwel fenomenu li jmiss se tkun twissija.  J'Alla naghmlu uzu tajjeb mill-avvizi jew mill-profeziji rivelati lilna mill-Mulej.  Noqghodu attenti li ma nahsbux izzejjed dwar dak li se jaghmel Alla u nhallu fil-genb dak li ghandna naghmlu ahna.  Ma ninsewx ir-raguni li ghaliha thabbru l-profeziji, jigifieri biex il-bnedmin jieqfu mid-dnub u jduru lejn Alla, u jitolbuh mahfra, u jbieghed minn fuqna l-qilla tal-gustizzja tieghu".

IL-MIRAKLU KBIR LI SE JSEHH F'XI ZMIEN :

Wahda mill-vizzjunarji kitbet il-grajjiet f'ghamla ta' djarju, li nsibuh maqlub ghall-Ingliz u kkumentat minn Fr. Joseph A. Pelletier, fil-ktieb tieghu : Our Lady Comes to Garabandal.

Dawn huma tista' tghid, id-dettalji kollha li nafu dwar dan il-miraklu l-kbir imhabbar :

"Il-miraklu kbir se jkun, ghaliex kbar huma l-bzonnijiet tad-dinja u ghax kbir u tal-biza' se jkun il-kastig jekk il-bnedmin ma jibdlux il-hajja hazina taghhom.  Id-data meta se jsehh il-miraklu tafha Conchita biss u se thabbarha tmint ijiem qabel.  Hi taf in-natura tal-miraklu.  Se jsir fit-8.30 ta' filghaxija, il-gurnata tkun il-Hamis li tkun festa ta' qaddis li kien devot ta' l-Ewkaristija. Dakinhar ukoll se tkun okkazjoni mportanti ghall-Knisja kollha bhal perezempju: dikjarazzjoni ta' Domma tal-Fidi.  Se jdum hmistax-il minuta. Se jsir hdejn is-sigar tal-Prinjol f'Garabandal u jkun jidher mill-muntanji kollha ta' madwar.  Il-morda li jkunu hemm ifiqu u dawk li ma jemmnux jikkonvertu.  Il-Papa jarah minn fejn ikun dak il-hin.  Il-miraklu li ghad irid isehh diga' rawh Patri Piju tal-Pjagi u Patri Luis Andreu, Gizwita li ra l-Madonna f'Garabandal flimkien mat-tfal u miet sitt sighat wara bil-ferh.

Wara il-miraklu se jibqa' sinjal permanenti hdejn dawn is-sigar bhala prova ta' dak li jkun gara u dan se jibqa' hekk sa l-ahhar taz-zminijiet.  Dan is-sinjal ikun jidher, tkun tista' tehodlu ritratt jew turih fuq it-televixin, izda ma tkunx tista' tmissu.  Ikun jidher car li m'huwiex xi haga tad-dinja izda ta' Alla l-Imbierek. Il-Vergni Mbierka tkellmet biss ma' Conchita dwar il-miraklu u ma hallithiex tghid f'hiex jikkonsisti.  Il-miraklu se jsir bejn is-7 u s-17 ta' wiehed mix-xhur bejn Frar u Gunju.  Ma tistax tinghad is-sena.  Dan se jkun l-akbar miraklu li Gesu' jaghmel ghad-dinja.  Ma jkunx hemm l-icken dubju li dan ikun gej minn Alla.  Ftit zmien qabel ma jsir dan il-miraklu fi Spanja se tigri jew ssir twissija minn Alla lill-bnedmin, madwar id-dinja kollha".

IL-KASTIG IL-KBIR

Jekk ahna nonqsu milli nharsu tajjeb il-messagg li qed jixxandar, il-kastig li habbret il-Madonna jaqa' fuq id-dinja kollha kemm hi, f'xi zmien wara l-miraklu.  Fid-djarju taghha Conchita ssemmi l-aktar zewg hwejjeg importanti dwar dan il-kastig.  Tiddiskrivi li se jkun hafna hafna kbir, skond id-daqs ta' dak li jisthoqqilna.

F'nota li Conchita tat lil Francesco Sanchez Ventura, Professur ta' l-Ekonomija u Legislazzjoni fl-Universita ta' Zaragoza kitbet hekk :

"Il-kastig hu KKONDIZZJONAT u jiddependi fuq jekk l-umanita' tirrispettax il-messagg tal-Madonna u l-miraklu.  Jiena rajtu l-kastig.  Nista' nassigurak li jekk jigi hu aghar milli tkun miksija bin-nar, aghar milli jkollok in-nar tahtek u fuqek".

Minn dakinhar li saru jafu bil-kastig, it-tfal rawmu sens kbir ta' cahda u sagrificcju u saru jitolbu ghall-midinbin u ghall-qassisin.Spiss kienu jghidu li jekk il-qassisin ma jkunux dak li ghandhom ikunu, hafna erwieh jintilfu.  Conchita qalet li l-kastig huwa tassew tal-biza' u  kbir wisq minkejja li fl-istess hin kienu jaraw il-Madonna.  Meta il-Madonna kellmet lit-tfal dwar il-kastig, hi hadet bixra ta' swied il-qalb.  Qalu t-tfal:"Qatt ma rajnieha harsitha daqshekk serja".  U meta tathom il-messagg, waqt li kienet tghid il-kelmiet, "Il-Kalci qieghed jimtela'...kastig kbir hafna se jigi fuqna, lehenha kien baxx hafna".

IT-TWETTIQ TAL-PROFEZIJA

Hemm bosta kriterji li l-Knisja taghmel uzu minnhom biex tiddetermina jekk dehriet li jkunu gew allegati li sehhew humiex tabilhaqq gejjin minn Alla u wahda mill-aktar importanti hi dik jekk il-profeziji maghmula matul il-grajjiet sehhux jew le skond kif kienu mhabbra.

Ghalhekk id-dehriet kif allegati li sehhew tal-Madonna f'Garabandal lil erbat ibniet mill-1961 sal-1965 s'issa hallew rekord perfett.  Dawn huma l-profeziji li twettqu:

Hemm hafna dokumenti li jsahhu dan li ghidna hawn fuq, ghalhekk jekk dawn il-profeziji sehhew tabilhaqq, kif nafu li sehhew, ghaliex ghandna niddubitaw il-grajjiet kbar kif gew imhabbra minn qabel li ghandhom isehhu?  Hu minnu li hi twissija ghad-dinja kollha minn Alla l-Imbierek li tidher u tinhass minn kull ragel, mara u tfal fuq din l-art li tkun akkumpanjata minn miraklu tal-ghageb li ghandu jsehh f'Garabandal u fejn ihalli sinjal sopranaturali ghal dejjem u li jkun jidher sa tmiem iz-zmien (mhux l-ahhar tad-dinja).  Ghandu mnejn jidher xi haga iebsa biex dak li jkun inizzilha, izda ghaliex ma nharsux lejn x'gara s'issa ?

U aktar qrib ghandna l-ezempju tat-twissija tat-13  ta' Lulju, 1917, gewwa Fatima, il-bruda li  biha lqajna t-twissija u mbaghad gie l-kastig tat-Tieni Gwerra Dinjija. Jaqbel li nitghallmu mill-izbalji ta' l-imghoddi u nfittxu nistudjaw ir-raguni ghala l-insara ma semghux mit-twissija ta' dik li jsejhulha ommhom, u ghaliex il-messagg ta' Fatima mexa bhal bebbuxu fl-era ta' l-electronika.