IL-PAPA PAWLU VI U GARABANDAL
TRADUZZJONI GHALL-MALTI
JOE GALEA
Informazzjoni mehuda minn: The Garabandal Centre of St.Michael, l-Ingilterra.
Il-Vergni Mbierka, f'tahdita li kellha mal-vizzjunarji ta' Garabandal semmiet lill-Qdusija tieghu bosta drabi f'diversi okkazjonijiet, u qalilhom: "Itolbu ghall-Papa".
Huwa fatt interessanti li l-Papa Pawlu VI hareg l-enciklika tieghu 'Mysterium Fidei' li ghandu x'jaqsam 'mad-djufija dwar dik li hi qima lejn l-Ewkaristija' fit-3 ta' Settembru, 1965, hdax-il gimgha biss wara li l-Madonna kienet ilmentat u qalet,"Inqas u inqas importanza qed tinghata lil Ewkaristija".
Kmieni fis-sena 1966, Conchita giet intalbet biex tmur il-Vatikan. Il-Kardinal Ottoviani, il-Pro-Prefett tas-Sagra Kongregazzjoni ghad-Duttrina tal-Fidi ta struzzjonijiet lil Father Luna: "Bil-permess u minghajr il-permess ta' l-Isqof wassal lit-tfal ghandi". Matul it-12 u s-16 ta' Jannar, Conchita giet intervistata ghal saghtejn u nofs mill-Kardinal stess u rat membri ohra tal-Kongregazzjoni ukoll, wara imbaghad rat lill-Papa u taghtu l-jum tal-Miraklu meta ghandu jsehh. Conchita mbaghad ghamlet zjara lil Patri Piju, dak l-istigmatista maghruf. Lura mill-gdid, f'udjenza li saret f'San Pietru, il-Qdusija Tieghu resaq fuqha u habbrilha bil-ferh u b'lehen car hafna:
"Conchita, jiena l-Papa nbierkek u mieghi tbierkek il-Knisja kollha".
Fi Frar tas-sena 1968, Conchita regghet intalbet biex tmur Ruma u dan mill-Kardinal Francis Seper. Il-Vatikan hallas ghal din iz-zjara u Conchita tqieghdet ghal hmistax-il jum fid-dar ta' Lugina, habib personali tal-Papa.Wara l-laqgha taghha mal-Kardinal Seper, mid-dehra giet milqugha mill-Qdusija Tieghu izda hija qalet lil dawk li bdew jistaqsuwha: "Ma nista' nghid xejn f'dan ir-rigward". Fis-7 ta' Novembru, 1968 il-bullettin tal-'Legion Bianca' ta Peru taht l-Imprimatur ta' Monsinjur Alfonso Zapana Belliza, Isqof ta' Tacna, Peru, ikkwota lil mejjet Papa Pawlu VI, f'udjenza privata qal dawn il-kelmiet li tant kienu ispirati : "Garabandal, l-isbah grajja ta' l-Umanita' mit-twelid ta' Gesu' Kristu 'l hawn. Hija wkoll it-tieni ghamara tal-Vergni Qaddisa fuq din l-art, u m'ghandniex kliem adattat sabiex infissru l-gratitudni taghna".
Il-Papa Pawlu VI, il-hin kollu wera nteress specjali fid-dehriet. F'udjenza moghtija lil Father Jose Escalda, S.J. dan ta' l-ahhar semma li kien hemm bosta opponenti ghal dawn id-dehriet, anki fost in-nies tieghu stess. Il-Qdusija Tieghu wiegeb hekk : "Ma jimpurtax, ghid lil dawn il-gentlomi li huwa l-Papa li qal li huwa l-aktar importanti u l-aktar urgenti li dawn il-messaggi jsiru maghrufin mad-dinja.
Fit-3 ta' Marzu, 1969, il-Papa, x'hin wiegeb ghall-ittra mibghuta lilu minn Mrs. N. Baco tac-Centru Anglo-Franciz, baghat il-Barka Appostolika tieghu lilha kif ukoll lill-Garabandalisti kollha fl-Ingilterra u fl-Irlanda. F'Gunju tas-sena 1969, il-Papa Pawlu VI baghat il-barka personali tieghu lil Difurora Marjana mill-Messiku, flimkien ma' rigal li kien jikkonsisti f'kurcifiss ghal kull membru tac-Centru ta' Garabandal ta' hemm, u inkorraggihom biex ikomplu l-messaggi ta' Garabandal.
Fis-7 ta' Mejju, 1970, xhin indirizza lil grupp ta' pellegrini ta' Garabandal mis-St. Michael's Garabandal Centre, Brockton, Mass, Stati Uniti, il-Papa bierek il-bandiera taghhom u qalilhom: "Be in the Vanguard, Forward". L-ghada, l'Osservatore Romano' il-gazzetta ufficjali tal-Vatikan, gabet l-ahbar fl-ewwel faccata. Fl-1975, Gjacinta, wahda mill-vizzjunarji ghamlet zjara Ruma biex tiehu l-indulgenza tas-Sena Mqaddsa. Dak li kien isqof ta' Santander dak iz-zmien, l-Isqof del Val Gallo, taha ittra pastorali ta' introduzzjoni li kienet indirizzata lil certu kardinal tas-Sagra Kongregazzjoni. Hija gie milqugha tajjeb hafna mill-Kardinal Ottoviani ghal tletin minuta shah. Dan qalilha hekk: "Gjacinta, jiena mieghek, izda jkollna nitolbu hafna u jrid ikollna hafna sabar.... Huwa mehtieg li nitolbu li l-Knisja tkun taf dwar l-importanza ta' Garabandal"
Il-Kardinal Philippe, li kien qed jippresiedi fil-konferenza ta' l-isqfijiet telaq sabiex jiltaqa' maghha u jghidilha, "Inbierkek f'isem il-Madonna u jiena mieghek kollni kemm jien". Qalilha wkoll:"Huwa mportanti hafna li intom l-erba' tibqghu maghqudin". Ghalhekk huwa possibli li l-Papa Pawlu VI kellu f'mohhu l-Profeziji ta' Garabandal, meta, wara li tkellem dwar il-grajjiet kbar tas-Sena Mqaddsa f'udjenza generali fis-7 ta' Jannar, 1976, zied dan il-kumment: "Sa fl-ahhar,certu sigrieti tal-Hniena Divina li gew zvelati r-rizorsi tal-ghageb dwar ir-Renju t'Alla, hemm indikazzjoni li wasalna ghal dik is-siegha deciziva u kbira".