Xi whud mill-Grazzji, Fejqan u Konverzjonijiet

 

L-uzanza tan-nies li jipprezentaw oggetti religjuzi lill-Madonna permezz tat-tfal biex il-Vergni tbushom bdiet hekk:  Ic-caghaq li t-tfal kienu jigbru mill-art waqt xi dehriet biex jilghabu bihom mat-tarbija Gesu', il-Madonna kienet tehodhom f'idejha, tbushom u tghid lit-tfal biex jaghtuh lin-nies ta' madwarhom.  Meta dawn ix-xhieda saru jafu li dak ic-caghaq bisitu l-Madonna, bdew igibu l-oggetti religjuzi ghal din il-qima mill-Madonna, li hija grazzja li ma kienx ta' min jitlifha.

Il-Madonna kienet tghid lit-tfal, illi binha ghad jaghmel ghegubijiet kbar permezz ta' dawn l-oggetti li hija tbus.  U kompliet tghid il-Vergni Mbierka, li dawk li jilbsuhom bil-fidi u bil-kunfidenza fiha, jaghmlu l-purgatorju taghhom f'din id-dinja.  Il-grazzji li nqalghu u l-fejqan ta' malajr li graw permezz ta' dawn l-oggetti huwa kbir hafna. 

Zwigijiet imhassra gew irrangati; koppji bla tfal isiru genituri; fejqan minn kancer, minn lukemja; minn paralizi; fejqan ta' vittmi tad-droga; vittmi tat-traffiku ! ecc.  Insemmu biss ezempju jew tnejn min dawk il-mijiet li gew dokumentati.

 

 

 

Messaggi privati

 

Minbarra dawn iz-zewg messaggi principali, il-Vergni Mbierka tatna messaggi ohra b'mod indirett kif spjegajna fil-bidu.  Hekk, per ezempju, bil-bews ta' oggetti bhal kuruni u kurcifissi tatna l-messagg biex nghidu r-ruzarju u nzommu kurcifiss fi djarna.  Bil-bews tac-crieket tat-tieg urietna l-qdusija taz-zwieg.  Messagg biex naharbu l-frugha u l-lussu zejjed tatulna bic-cahda taghha li ma accettatx li tbus crieket ohra u oggetti sempliciment ornamentali.  It-talb ghall-mejtin irrakkomandatu bil-vizti taghha fic-cimiterju.  L-imhabba lejn il-bnedmin f'xi bzonn urithielna meta hadet maghha lit-tfal fl-estasi fid-djar tal-morda, ecc.  Aktar ma nistudjaw dawn il-grajjiet aktar insibu minn dawn il-messaggi ndiretti.

Imbaghad kien hemm ukoll mill-Madonna ghadd kbir ta' messaggi ohra ta' natura privata u personali lil certi nies li kienu jmorru fir-rahal tad-dehriet.  Xi messaggi kienu kliem ta' konfort u kuragg lin-nies li jmorru ghandha b'xi problemi permezz tat-tfal.  Ohrajn kienu stqarrijiet minnha, ta' hsibijiet mohbija jew azzjonijiet ta' dawk li marru hemm, x'uhud qassisin li jiddubitaw.   Insemmu biss xi kazi bhala ezempji ta' dawn il-messaggi privati.

 

 

 

Joey Lomangino f'udjenza ma Patri Piju

Grupp ta' Spanjoli darba staqsew lill-Patri Piju tal-Pjagi, jekk dak li kien qed jigri f'Garabandal kienx veru.  Patri Piju wegibhom: "Ghadkom tistaqsu fuq hekk ? Kemm triduha ddum tidher hemm biex temmnu ? Ilha ga tmien xhur tidher hemm fuq"