GARABANDAL SALVALI

L-HAJJA SACERDOTALI TIEGHI

KITBA : FATHER R. GILSDORF

(Ghandu Ph.D fl-Iskrittura Mqaddsa u jamministra fil-Parocca tat-Trinita' Mqaddsa, Casco, Wisconsin)

 

TRADUZZJONI GHALL-MALTI : JOE GALEA

 

Din il-kitba inkitbet minn Father R. Gilsdorf fil-Magazin Garabandal ta' Lulju-Settembru 1990

 

Smajt dwar Garabandal fis-sena 1966 u dan kellu jkun li jsalvali l-hajja Sacerdotali tieghi.  Qrib it-tmiem tal-Koncilju u fis-snin ta' wara din il-grajja ta' zmienna, l-ispirtu tal-Vatican II kien diga' beda.  L-ittra tal-koncilju, dik l-interpretazzjoni genwina u Ortodossa taghha, striehet fil-kwiet.  Ftit kienu dawk li thajru jaqraw id-dokumenti tal-'acta'.  Knisja gdida shiha kif giet imsejha b'mod xejn genjuz giet imhaqqa minn Letturi u Pubblikaturi hielsa.  Ma kienux biss l-ghamliet, ritwali tradizzjonali u ta' qima li gew dikjarati miftuha ghal bidla radikali, izda propju d-dommi tal-fidi u l-morali malajr gew meqjusa bhala miri ghar-revizzjoni u cahda.

Din ir-rivoluzzjoni giet l-aktar imgarrba b'mod ghaqli fis-seminarji u kunventi.  Jiena kont ghalliem f'seminarji u kunventi.  Jiena kont ghalliem f'seminarju fis-sebh ta' dik l-era gdida.  Osservajt il-Koncilju b'hegga u hassejtni minfuh bija nnifsi bil-progress u l-weghda tieghu.  Izda bdejt nigi mhajjar bi spirtu qarrieq li beda jonfoh madwarna.  F'dan il-mument krucjali, qrajt ahbar qasira ta' rakkont ta' dehriet li kienu qed isehhu f'Garabandal fi Spanja.  Bghatt ghall-grajja tal-kittieb pijunier, Sanchez Ventura.  Kienet grajja specjali, rigal ta' taghrif minghand il-Madonna tal-Kunsill Tajjeb.  Baghtuni post iehor ghal aktar studju fl-Iskrittura.  Il-htiega li tifhem saret urgenti fi zmien ta' ferment sekulari u demitologija sistematika.  Meta ergajt lura bid-Dottorat, is-Seminarju kien kwazi qed izarma u jiena gejt mitfuh fuq xoghol pastorali. 

Tul dawn is-snin kollha, bqajt nigi nfurmat dwar il-grajjiet u messaggi, x-xoghlijiet u l-htigijiet ta' Garabandal.  Jum memorabbli kien dak meta Joey Lomangino gie jzur il-Parocca tieghi.  Kontra dan l-isfond mahzuz fuq fuq, nixtieq ninnota xi ftit mill-hafna elementi ta' Garabandal li sahhuni u 'salvawni', letteralment tul snin ta' periklu spiritwali kif ukoll sofferenzi kbar li kont ghaddej minnhom.  Hassejtni stenbaht b'qawwa kif ghidt, bit-thabbira u l-progress tal-Vatikan II.  Kien ferh li ma stennejtux li daqshekk kmieni fil-hajja spiritwali tieghi kellha ssehh grajja daqshekk storika.  Jekk ghandha ssir xi rimarka fuqi, jiena kont qed innissel ghal dak li kien qed jigi mimsus in-naha 'liberali' jew progressiva.  Meta smajt, fl-1966 dwar ir-rapport tad-dehriet fi Spanja ta' fuq, deherli li kien aktar minn koincidenza li s-snin tar-'residenza' ta' Marija f'Garabandal kienu habtu ma' dawk tal-Koncilju Ekumeniku.  Kif jista' wiehed jinterpreta dan il-fatt daqshekk hafif biex iqajjem thassib?

Forsi Garabandal kellu jkun il-kummentarju tas-Sema fuq l-'acta' tal-Koncilju, u jaghti lill-fidili l-muftieh ghal tifsira genwina tal-Vatikan II kif ukoll kontra velenu kontra l-'ispirtu' li malajr kellu jigi mxerred.  Kien x'kien il-kaz, il-ko incidenza semplici bhal qanqlet biza' fija sabiex napprezza z-zminijiet ta' bidla bl-akbar hsieb.

FATIMA U GARABANDAL

Hassejtni konvint ukoll li l-Messagg ta' Garabandal kien jixbah lil Fatima b'updating, jinterpreta dak li sehh qabel u x'hemm lest ghall-gejjieni.  Il-fatt li dawn il-grajjiet sehhew minnufih wara d-data mistennija ghar-rivellazzjoni tat-'tielet sigriet' ta' Fatima kienet ghaddiet b'dizappunt ghal hafna li, forsi b'kurzita' mhawda, kienu qed jistennew dan it-taghrif fil-pubbliku, u dan wassalni biex nifhem relazzjoni ta' zewg zjarat privati ta' Marija fis-seklu 20.

L-atmosfera kollha tad-dehriet ta' Garabandal, kif ukoll il-gabra tat-temi taghha fl-ahhar Messagg, deherli qed thasseb dak li hafna esperti jemmnu li jikkostitwixxu parti ewlenija tas-sigriet ta' Fatima, jigifieri l-krizi, l-attakk gravi kontra l-Ewkaristija Mqaddsa, is-Sacerdozju, il-Papa, il-qima lejn Marija u l-apostasija li tinhass u li setghet tkun possibbli biss b'gerarkija maqsuma.  Gewwa Fatima, Marija wissiet li r-Russja tifrex l-izbalji taghha mad-dinja kollha.  L-izbalji tar-Russja kienu biex nghidu hekk, materjalizmu tax-xjenza tar-raguni minghajr Alla.  Fhimt li dan, minghajr rebha politika inkella militari, il-Knisja fil-gnus tal-Punent waqghet bla hsieb minghajr glied xejn ghal dawk li huma 'gheltijiet' tar-Russja.

QOFOL GHALL-HAJJA NISRANIJA

L-ahhar Messagg jaqta' dawk it-temi ewlenin ta' Garabandal.  L-Ewkaristija Mqaddsa, il-Misteru tal-Fidi, huwa l-qalba tal-Messagg ta' Marija.  Waqt li l-Koncilju ddikjara b'mod mill-isbah dan is-Sagrament huwa 'is-sors u l-qofol' tal-hajja nisranija kollha.  Matul dan il-jum u s-snin taz-zjarat taghha fuq il-muntanji, Marija direttament u indirettament influwenzat l-attenzjoni taghna fuq il-Prezenza Reali ta' Binha.

"Ghaliex ma zzurux lill-ibni aktar ta' spiss?  Huwa jkun jistenniekom bil-lejl u bi nhar'.  Iz-zjajjar ta' spiss tat-Tqarbin Imqaddes mill-bniet bis-sahha tal-misteru ta' l-anglu, inkurunat bil-'milagrucu' ta' l-ostja visibbli huma minsuga f'mostra bhal hajta mistika.  Wiehed mill-eluf ta' episodji maghrufin messli qalbi: dak tal-kaxxa 'naity compact' li kienet intuzat matul il-persekuzzjonijiet Spanjoli biex igorru fiha l-Ostja Kkonsagrata lill-prigunieri u dan minhabba l-fidi li kellhom.  Kemm it-tfal kif ukoll il-gemgha hassuhom imhawda meta Marija talbet biex tbus din il-kaxxa qabel kull oggett iehor.

"Din ta' ibni..." Xi tfakkira ta' qima ghal recipjenti sagri hux? Waqt li l-ewwel messagg (dak tat-18 ta' Ottubru 1961) widdibna sabiex...inzuru s-Sagrament Imqaddes aktar ta spiss', l-ahhar messagg, (dak tat-18 ta' Gunju, 1965) iwasslilna l-verdett bi qsim il-qalb tas-sema.  "Inqas u inqas importanza qed tinghata lill-Ewkaristija...'  Dan sehh fi zmien meta n-nuqqas tal-Fidi Ewkaristika b'negligenza li gabet maghha, kif ukoll dubju, cahda, disprezz, abbuz u sagrilegg kienu ghadhom bilkemm bdew.

Ghal sekli shah, il-Knisja  ghamlet hajt prottetiv madwar it-tezor prezzjuz taghha, l-'Ewkaristija, 'inaestimabile donum' ir-rigal imprezzablli.  B'dankollu, fi ftit ghexieren ta' snin imhawda ta' l-imghoddi, dan il-hajt gie zarmat bicca bicca sakemm issa li speci sagri qeghdin esposti ghal kapricci u nuqqasijiet ta' kulhadd.  Id-duttrina ta' dan il-Misteru tal-Fidi ma kienetx hlief mitlufa ghal bosta mill-generazzjonijiet taghna. Ir-rizultati prattici : inqas zjajjar, inqas sinjali ta' qima, ahseb u ara ta' adorazzjoni ghal dak li sikwit huwa meqjus bhalha semplici hobz u inbid, simboli debboli aktar ta' temi sekulari milli ta' realtijiet sagri.  Hawnhekk, il-messagg fi ftit kliem salvali l-kuxjenza tieghi.

It-telfa ta' qima lejn l-Ewkaristija saret gerha bla heda u kull ma tmur qed tizdied fil-hajja sacerdotali tieghi. Il-kappillani kollha huma awtorizzati biex ikunu kustodji ta' l-Ewkaristija.  Sibt ruhi mdahhal fi glieda fuq quddiem sabiex inhares lil Mulej u nzomm il-poplu tieghi f'dik li hi qima u fidi spontanja taghhom.  Gejt imbierek b'nies devoti hafna li jaghtuni farag bla qies.  B'dankollu, l-atmosfera generali li sikwit jiltaqghu maghha f'postijiet ohra u l-ezempju li ma joghgobx ta' xi vizitaturi hija ta' tfixkil ghalihom.  Il-messagg innifsu jidher li hu negattiv, izda mehud bhala verdett mis-sema, accetta l-intaxxar tieghi ta' dak li hu forsi l-ghar theddida ghall-hajja kattolika.

DINJITA' SACERDOTALI

U l-Ewkaristija qatt ma tista' tigi mifruda mis-Sacerdozju tieghi.  Dan hu mottiv iehor ewlieni ta' Garabandal, l-importanza kbira ghall-qassisin.

Conchita rrimarkat kwazi kuljum, li kwazi f'kull jum, Marija kienet titkellem fuq il-qassisin.  Ghaliex bosta qassisin qed ibatu fuq 'krizi ta' identita', f'rahal kwiet?  Is-sema kienet qed ixxandar bil-kliem u bil-fatti dak il-kobor u dinjita' tal-karattru sacerdotali l-indentita' veru tieghu.  Marija wriet imhabba ta' Omm personali ghall-qassisin kollha, ghaliex dawn huma wliedha, Kristu iehor.

Hawnhekk ma nistax nelabora dwar dak li hafna mill-qarejja jafu tajjeb.  Insemmi biss il-fatt li l-anglu qassam it-Tqarbin lit-tfal biss meta l-qassis, il-ministru komuni, ma kienx ikun fir-rahal. Meta Conchita mgieghla minn dawk li kienu hemm, staqsiet kif l-anglu kien qed igib l-Ostji billi l-qassisn biss jistghu jikkonsagraw, l-anglu kkonferma li tabilhaqq il-qassisin biss jistghu jikkonsagraw.  L-Ostji kienu jittiehdu mit-tabernakli tad-dinja.  Marija qalet kemm-il darba, irrepetiet din it-twiddiba tradizzjonali: jekk jiltaqghu ma' xi qassis u ma' anglu fl-istess hin, l-ewwel m'ghandhom jaghmlu hu li jqimu lil qassis.  Izda wara dan kollu, smajna b'dawk il-versi tal-biza' ta' l-ahhar messagg.

"Bosta kardinali, bosta isqfijiet, bosta qassisin qabdu t-triq tat-telfien u maghhom qed ikaxkru bosta erwieh'.  Nistghu nifhmu l-istat kontra l-qalb ta' Conchita sabiex ixxandar dan il-kliem. Mhux Marija stess li sawret lit-tfal bniet f'dik li hi qima ta' mhabba lejn il-qassisin ?  Kien hemm ukoll helsien qaddis temporanju biex nghidu hekk minn naha ta' Conchita.  L-ewwel vizjoni semmiet biss 'hafna qassisin'.  Meta l-isqof staqsiha jekk dan hux il-kliem ezatt li qalilha l-Arkanglu, Conchita mbaghad ziedet dan il-kliem, 'hafna kardinali, hafna isqfijiet....' mitluba tghid ghaliex ma dahhlitx dan il-kliem jew ahjar il-formula kollha, Conchita wiegbet hekk: "Dawk mhux qassisin ukoll?"

ZEWG TOROQ MINGHAJR RAGGI

Kif nistghu nirrikonciljaw il-kuntrast ? Il-kliem li hemm fil-Messagg jaghtini l-veru raguni ghaliex is-subblimita' tas-sacerdozju jehtieg li tkun emfasizzata u, 'ghaliex il-fidili ghandhom jitolbu bil-qalb ghar-raghajja ta' ruhhom'.    Jien, ukoll ghaddejt minn qtigh ta' qalb li ghaddiet minnu Conchita.  Fil-jiem bikrin, ikkumbattejt u ghamilt hilti kollha biex infisser il-hsieb ta' bosta minn huti qassisin f'materji ta' duttrina u dixxiplina.  Tghid kont qed niggudika hazin? Izda mbaghad, l-ghemil qares: il-qassisin illum huma maqsuma f'zewg gruppi mexjin tul zewg toroq minghajr raggi.  U minkejja x-xhieda li bdiet takkumula, kienu ghaddew bosta snin qabel ma stajt nisforza lili nnifsi ghal verita' shiha.  B'dankollu, kardinali u isqfijiet ukoll huma qassisin, mhux hekk, u l-istess bhal qassisin taghhom, huma wkoll kienu maqsumin f'zewg toroq; ubbidjenza jew cediment.

Matul dawn id-dehriet, Marija Omm Alla fehmet dik l-awtorita' suprema wahda ta' papat.  Iz-zewg toroq li tkellimna dwarhom fl-ahhar analizi huma dawk ta' ubbidjenza lejn il-Papa jew cediment minn naha tieghu.  Il-Papa huwa l-blata, li ghandu l-muftieh, huwa l-vigarju, ir-raghaj universali, u dawk kollha li ma jaqblux, anki l-oghla kappillani jinsabu 'fit-triq tat-telfien..' Hija din l-apostasija li fil-bicca l-kbira hija responsabli ghall-fenomenu ta' konvuzzjoni' li Marija habbret  li ghad isahhah sakemm isehh il-Miraklu.  Meta r-rghajja jigu milquta, il-merhla titharbat.  Il-countdown misterjuz dwar il-Papiet ta' issa, li jintemmu bil-Papa Gwanni Pawlu II, 'jaghtu sinjal'- el finale de los tiempos, li jfisser litteralment 'tmiem iz-zmien', izda li gie nterpretat b'modi diversi.  Din il-profezija taghtina, madankollu, speci ta' avviz ta' farag li l-anarkija prezenti ma ddumx.  Ikun hemm zmien limitat ghar-rebha qawwija ta' Satana.

IT-TWISSIJA, IL-MIRAKLU U L-KASTIG

Xhin il-krizi diehla aktar il-gewwa, jidher aktar car li l-elementi profetici ghandhom ikunu s-soluzzjoni.  Meta xejn fid-dinja ma jiswa,  f'dan il-kaz ikollha tindahal is-Sema.  U dwar l-ghamliet kollha possibli li tista' ssir intervent bih, is-sekwenza tat-Twissija-Miraklu-Kastig li hu kondizzjonat, jidher li juri b'mod l-aktar perfett il-hniena u l-gustizzja t'Alla.

It-Twissija-"korrezzjoni tal-kuxjenza tad-dinja', hsieb f'waqtu tal-gudizzju ta' kull wiehed u wahda minna fl-eternita', certament hija l-akbar appell tal-hniena t'Alla.  Innutajt ta' sikwit il-konnessjoni ta' dawn il-grajjiet mar-rivelazzjoni tal-Hniena Divina lil Suor Fawstina.

Il-Miraklu Kbir ser ikun imfawwar bl-imhabba li tfejjaq u hniena imnaddfa tal-Qalb ta' Kristu ghal dawk li jkunu wiegbu ghat-Twissija.  Tghid is-Salib ta' Kristu li deher fis-sema u dawwal id-dinja, kif imhabbar lil Suor Fawstina, b'xi mod huma marbuta mal-Miraklu?

F'dan iz-zmien ta' elettronika u komunikazzjonijiet bis-satellita, l-impatt tal-Miraklu fuq id-dinja jkun tali li Alla jista' jghid: "X'nista' naghmel aktar minn dak li diga' ghamilt?"

Il-Kastig huwa kkundizzjonat. Nistaghgbu kif jista' jkun possibli li xi hadd jirrezisti l-fehma tal-hniena t'Alla ?  B'dankollu lkoll iffaccjati bl-ghama spiritwali, l-gheluq tal-qlub u l-imhuh ghal dak li hu sopranaturali. Nistghu biss nitolbu li d-dehriet ta' l-apokalissi tal-'lejl' tat-twerziq ghad jista' jigi mehlus.  Madankollu, wiehed jifhem it-thassib ta' Conchita.  Il-gustizzja kif ukoll il-hniena t-tnejn huma attribwiti tal-Mulej.  X'hin qrajt ghall-ewwel darba l-grajja imsahhra ta' Garabandal, hassejtni nittiehed f'saltna tat-tjubija u nnocenza.  Is-semplicita ta' dan ir-rahal imbierek u dawk in-nies umli li jghixu fih, li, f'dik li hi fidi ghandhom mit-tfal, saru ghalija kenn spiritwali li ghalih kelli napplika meta c-cpar ta' tahbit imhabbel ta' 'teologija gdida, l-ambigwita' ta' burokrazija, dawk l-insara, 'maturi' li qed ixerdu 'il-knisja l-gdida' saru xi haga tal-biza' u mahruqa.  Dak li Marija ghamlet f'dan ir-rahal fiz-zjajjar taghha ghal erba' snin shah holoq atmosfera rari tas-sema fuq id-dinja.

Hawnhekk, Omm il-Knisja uriet it-tigdid taghha genwin li l-Koncilju kien bi hsiebu jaghmel ghad-dinja kollha.  Mill-bidu tieghu ma' l-erbat itfal bniet jiehdu l-frott minn sigra tat-tuffieh, Garabandal joffrielna l-weghda ta' genna ta' l-art gdida.  Genna mirbuha, sabiex tinxtered f'kull belt u rahal fejn erwieh umani waqqfu d-djar taghhom.  Dwar dak li fih il-Messagg ta' Garabandal li hu mperrec kif inhu, bdejt biex nistaghgeb dwar il-profondita' ortodossa u ghaqda tat-'teologija tieghu'.  Mistoqsijiet difficli saru jew gew imqeghda ta' sikwit lit-tfal minn diversi osservaturi ghal diversi mottivi, xi whud bla dubju biex jonsbu liz-zghar fl-izbalji li setghu jsehhu l-guh tat-talbiet taghhom.  Izda dejjem it-twegibiet gew imsemmija f'patt shih mad-duttrina kattolika.  (Dan, m'ghandniex xi nghidu, huwa kriterju baziku ghal dik li hi awtenticita').

It-tfal ta' sikwit kienu jitkellmu ma' Marija jew l-anglu qabel ma jaghtu t-twegibiet taghhom li jidher li jikkonfermaw  l-imkejjen taghhom tas-sema b'dik is-semplicita' kbira taghhom.  Dak li Alla heba mill-ghalliema l-ghaqlin, Huwa urih mat-tfal semplici.  Mistoqsijiet ohra originaw mit-tfal stess b'mod spontanju jfittxu tifsiriet ta' affarijiet li ghandhom x'jaqsmu mal-fidi.  L-ezempji huma bosta biex wiehed isemmihom hawnhekk.  Jekk niddependi mbaghad fuq id-dispozizzjonijiet u c-caqliq ta' dawk li ghamlu l-mistoqsijiet, it-twegibiet gabu maghhom farag, certezza u paci, nkella tahwid, dizgwid u tgerfix.  F'dan ta' l-ahhar, dawn it-tahdidiet ifakkruna fil-mistoqsijiet li hemm fil-Vangelu sabiex jghalqu f'xibka lil Gesu' fit-tahdita tieghu u t-tibdil tal-ghageb fl-iskema jew ahjar skemi ta' l-ghedewwa Tieghu bi twegibiet nodfa izda lixkati.

Il-modernizmu jittanta jwarrab l-essenza tal-Knisja , dik ta' prima eccellenza, grazzja u sopranaturalita'.  L-ahjar mezzi biex wiehed jikkumbatti din l-apostasija, (ghaliex mhux semplici erezija jew xizma) ghalina hu li nxandru l-mirakli, l-messaggi profetici, z-zjajjar mis-sema, li gew moghtija lilna.  Garabandal u x-xhieda relatata tal-Qaddis Patri Piju huwa ezempju eminenti.  X'jista' jwaqqa' s-sekularizmu b'aktar finalita', wiehed jista' jzid jghid mill-ewwel kliem ta' Marija li lissnet lit-tfal gewwa Fatima, "Jiena gejt mis-Sema".

Biex nghalqu, nistqarr li qatt ma kelli dubju mill-awtenticita' ta' dak li sehh f'Garabandal.  Il-glied tax-xhieda esterna u interna huwa bla tarf.  Kien hawn, b'ferh mhux mistenni li gejt mistieden nikteb dan l-artiklu.  L-ahbar ta' investigazzjoni gdida tkebbes tama li mhix fil-boghod li ahna l-qassisin inhossu aktar inkoraggiment li nhabbru dan il-messagg mehlus lil fidili sponuti u li tant ilhom isofru...

Ahna nitolbu ghat-twettiq shih tal-weghdi ta' Marija; il-konverzjoni tar-Russja; il-konverzjoni tal-midinbin; il-konverzjoni tad-dinja kollha, zmien ta' merhla wahda u raghaj wiehed.  Il-Madonna ta' Garabandal wieznet il-hajja spiritwali tieghi dawn is-snin kollha.  B'ferh u gratitudni jiena nipprezenta x-xhieda tieghi.  Bhalissa qeghdin nghixu f'mument imwiegher, meta r-rebha tal-Knisja tiddependi fuq rivelazzjoni f'waqtha ta' l-intercessjoni hanina ta' dik l-Omm li fethet qalbha ghalina, b'mod specjali ghall-qassisin, fuq ic-caghaq u qalb is-sigar tal-prinjol ta' genna fuq il-muntanji.

"Malajr ghaziza Omm !".