DIKJARAZZJONI
MISSJONI PRIVATA BISS
Settembru 2002
Ghaziz qarrej,
Il-kaz ta' Garabandal qieghed taht l-investigazzjoni tal-Knisja Kattolika. Is-Sopranaturalita' ta' dawn il-grajjiet s'issa ghadha mhix approvata u LANQAS IKKUNDANATA. Kien hemm diversi Papiet li ma qaghdux jiddejqu jaghtu il-pozizzjoni privata taghhom li kienu pozittivi hafna fuq dak li qalu izda dan ma jfissirx li dak li qalu huwa approvazzjoni ufficjali lid-dehriet. (ara - Il-Papa Gwanni Pawl II u Garabandal, kif ukoll il-Papa Pawlu VI u Garabandal)
Il-Vatikan l-ghola awtorita' ekklesjastika cahdet persistentement li taghti l-opinjoni taghha ufficjali minkejja pressjonijiet qawwija miz-zewg nahat, l-aktar minn dawk li jopponuhom.
Ghalhekk xejn ma jfixkel lin-nisrani biex jemmen f'dawn il-grajjiet. Huwa permess li wiehed ixandarhom privatament la m'humiex ta' periklu ghall-fidi u l-morali bid-digriet ufficjali li ta l-Papa Pawlu VI fl-1966 fuq it-tnehhija ta' ligijiet Kanoni 1399 u 2318 (ara aktar l-isfel id-digriet tas-Sagra Kongregazzzjoni ghad-Duttrina tal-Fidi)..
Nistennew u noqghodu ghall-ahhar gudizzju tal-Papa u tas-Sagra Kongregazzjoni ghad-Duttrina tal-Fidi fuq dawn id-Dehriet. Ahna lesti dejjem noqghodu ghall-kull direttiva ufficjali li tohrog mill-Papa jew mis-Santa Sede. Kunu dejjem prudenti u ubbidjenti lejn il-Papa ghax hu r-ras tal-Knisja Kattolika Universali. Ftakru dejjem x'qalet il-Madonna fil-hafna dehriet numeruzi li hi kellha f'Garabandal u mad-dinja.
Min qieghed ixerred il-grajjiet ta' Garabandal ?
Il-grajjiet ta' Garabandal qed jigu mxerrda mad-dinja kollha minn nies Kattolici Prattikanti. L-ghan ta' din il-missjoni hija li nxerrdu l-Messagg ta' Ommna Marija ghal gid ta' l-umanita'. Wiehed ma jridx jinsa wkoll li dawn il-grajjiet ghad ma spiccawx u ghad hemm Profeziji li qed nistennew li jsehhu. Id-data ta' dawn il-profeziji jafuha il-vizzjunarji u l-Papa biss u hadd izjed.
Ahna bhala Centru obbligati li kif ikun hemm taghrif gdid niehdu hsieb li dan nghadduh permezz ta' l-internet u l-mezzi tax-xandir kollha. Hawn Malta, Centru privat wiehed biss ghandna, li hu mmexxi minn Carmel Agius, fejn it-taghrif ufficjali johrog biss minn hemm permezz tal-kuntatti li ghandu mas-Santa Sede u mac-Centri tad-dinja.
ID-DIGRIET TAS-SAGRA KONGREGAZZJONI GHAD-DUTTRINA TAL-FIDI
Tnehhija ta` ligijiet
Digriet tas-'Sagra Kongregazzjoni ghad-Duttrina tal-Fidi' gie ppublikat fl-"Atti Ufficjali tas-Santa Sede" (A.A.S.), 58/16, bid-data 29 ta' Dicembru, 1966.
Artikoli 1399 u 2318 tal-Ligi Kanonika issa gew imnehhija b'dan id-digriet.
Dan id-digriet tal-abrogazzjoni gie approvat fl-14 ta' Ottubru, 1966 mill-Qdusija Tieghu l-Pontefici Ruman Pawlu VI, li ordna fl-istess hin il-publikazzjoni tieghu. Din l-approvazzjoni tal-Papa saret waqt udjenza moghtija lill-Eminenza Tieghu l-Kardinal Ottaviani, Pro-Prefett ghas-Sagra Kongregazzjoni ghad-Duttrina tal-Fidi. Id-digriet gie maghmul f'Ruma, 15 ta' Novembru, 1966. Huwa jgib il-firma ta' A.Cardinal Ottaviani, Pro-Prefect, P. Parente, Segretarju.
Id-digriet beda jigi effettwat tliet xhur wara l-publikazzjoni tieghu, u ghalhekk fid-29 ta' Marzu, 1967.
Kanoni 1399
Il-Kanoni 1399 ipprojbixxa bi dritt l-publikazzjoni ta' certi kotba bhal dawk li jitkellmu minn rivellazzjonijiet, vizzjonijiet, profeziji u mirakli.
Dan il-Kanoni issa hu mnehhi. Dan ifisser li safejn ghandu x'jaqsam ma' dawn il-publikazzjonijiet, il-projbizzjoni giet mnehhija f'dak li kienet torbot il-ligi ekklezjastika. Dan ifisser li mil-lum il-quddiem il-Kattolici jistghu minghajr il-bzonn ta' Imprimatur, jew Nihil Obstat, jew xi permess iehor, li jippublikaw rakkonti ta' rivelazzjonijiet, vizzjonijiet, profeziji u mirakli. Naturalment, dawn il-pubblikazzjonijiet ma ghandhomx iqeghdu fil-periklu l-Fidi u il-Morali; din hija r-regola generali li kull Kattoliku ghandu jsegwi fl-azzjonijiet kollha tieghu, anki L-GURNALISTI, SPECJALMENT IL-GURNALISTI.
Mil-lum 'l quddiem mhemmx aktar projbizzjonijiet fuq narrazzjonijiet ta' vizzjunarji, ikunu jew ma jkunux dawn accettati mill-Awtorita' Ekklezjastika. Aktar u aktar huwa permess ghal Kattolici li jmorru fi mkejjen ta' Dehriet, anki dawk mhux rikonoxxuti mill-Ordinarji tad-Djocesijiet jew mill-Papa: Sakemm il-vizitaturi Kattolici li jifrekwentaw dawn il-postijiet jirrispettaw il-Fidi u l-Morali. B'danakollu, huma mhumiex suggetti ghal xi dixxiplina ekklezjastika, lanqas ghat-talb pubbliku taghhom. Il-permess huwa mehtieg biss ghac-celebrazzjoni tal-Quddiesa jew xi servizz religjuz iehor.
Kanoni 2318
Il-Kanoni 2318 kellu penali kontra dawk li jiksru l-ligijiet ta' censura u projbizzjoni.
Dan il-Kanoni gie mnehhi sa mill-1966. HADD MA JAQA' TAHT IC-CENSURA EKKLEZJASTIKA GHAX JIFFREKWENTA MKEJJEN TA' DEHRIET ANKI DAWK MHUX ACCETTATI MILL-ORDINARJI TAD-DJOCESIJIET JEW MILL-PAPA.
UKOLL, "DAWK LI KIENU JAQGHU TAHT IC-CENSURI NDIKATI MILL-KANONI 2318, IKUNU WKOLL MAHFURA MILL-FATT TAL-ABROGAZZJONI TA' DAN IL-KANONI".